Għeżież Ġenituri,
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru lejlet il-Festa tal-Madonna ta’ Loreto l-Arċipriet laqgħana fil-Knisja biex iċċelebrajna l-quddiesa lkoll flimkien. Grazzi lill-Arċipriet.
Betlehem f’Għajnsielem 12 u 14 ta’ Diċembru
Ħafna mill-istudenti tagħna ipparteċipaw f’ Betlehem f’Għajnsielem. Grazzi tmur lil Miss Theuma u lil l-għalliema kollha, LSA’s u KA’s li qattgħu ħafna ħin mat-tfal.
It-tfal li ma ħadux sehem ħadniehom jaraw il-personaġġi u l-annimali sbieħ li kien hemm. Prosit lill-organizzaturi, parteċipanti u lil Ms. Sonia Mallia u lil Mr. Charles Portelli u lilkom ġenituri li tajtu kontribut.

Piggy Bank 14 ta’ Diċembru
Ser jinġabru l-Piggy Banks mill-Community Chest Fund. Grazzi lil kull min ta minn qalbu biex nimlewhom. Il-Bambin ikattrilkom.
Kummissarju tat-tfal 14 ta’ Diċembru
Żewġ studenti minn tagħna ser jippreżentaw lill-iskola u sejrin għall-laqgħa mal-Kummissarju tat-tfal għall-laqgħa. Intagħżlu tnejn biss minn kull skola.
Quddiesa tal-Community Chest Fund 15 ta’ Diċembru
Ser issir quddiesa fil-Parroċċa ta’ Kerċem fejn il-President ta’ Malta ser jiġbor fondi minn kull skola għall-Community Chest Fund.
General Rehersal 16 ta’ Diċembru
It-tfal kollha ser isirilhom General Rehersal tal-Kunċert tal-Milied. Dakinhar it-tfal kollha jistgħu jiġu bit-Track Suit.
Wara r-rehersal il-Year 3 u l-Year 4 sejrin Trekking.
Ħarġa għat-tfal It-Tnejn 19 ta’ Diċembru
Din ser tkun ġurnata sabiħa għat-tfal. It-tfal mill-Year 1 sa Year 6 ser imorru jaraw flimkien mal-għalliema kollha tagħhom Dolphin’s Tale fic-Citadel Cinema. It-tfal tal-Kinder se jibqgħu l-iskola u jaraw film addattat għalihom li jismu Kung Fu Panda. Il-kbar wara l-film ser imorru jaraw esebizzjoni tal-Presepji fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex. Kif nirritornaw lkoll l-iskola se jkollna ikla lkoll flimkien fil-Hall tal-Iskola. Dawn ser jingħataw burger, chips u salad jew nugget chips u salad. Il-prezz li jinkludi t-transport, l-film u l-ikel huwa ta’ €9. It-tfal tal-Kinder se jkollhom chicken nuggets u chips u salad. Il-Prezz tagħhom hu €3. Wara l-ikla l-iskola ser toffri u tagħmel kejk aħdar li jirrapreżenta l-Green Flag li rbaħna u t-tfal kollha ser jingħataw biċċa kejk għax jixirqilhom ta’ kemm tħabtu biex irbaħnieha.
Kunċert tal-Milied 20 ta’ Diċembru
Intom ġenituri u nanniet mistiedna għall-Kunċert tal-Milied li ser isir għalikom. Dan il-Kunċert ser jibda f’12.00pm. Please kunu seated 10 minuti qabel biex nibdew fil-ħin. Waqt din l-attivita’ ser jittella l-presepju li tatna Emerenziana Zerafa. Minn hawnhekk nirringrazzjaha tal-presepju u ngħidilha Prosit kemm hu sabiħ.
Qrar 21 ta’ Diċembru
F’dan il-jum ser isir il-qrar.
Quddiesa 22 ta’ Diċembru
Ser issir quddiesa mill-Arċipriet u wara party lit-tfal f’kull klassi. Bħas-snin l-imgħoddija l-Kinder iħallsu €1, Year 1, Year 2, Year 3 iħallsu €2, Year 4, Year 5, Year 6 iħallsu €3. Jekk hawn xi familji li hija problema għalihom javviċinawni u nirranġa jien.
Ta’ kuljum qiegħda ssir in-Novena tal-Milied animata minn klassijiet differenti.
Nixtiqulkom ilkoll Milied qaddis u Sena mimlija kull barka, paċi u sliem.
It-tfal jerġghu jirritornaw l-iskola nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2012.
Dame Marianne Zammit
A/Head of School