Għeżież Ġenituri,
Kemm ħassejtni ferħana fil-Kunċert tal-Milied x’ħin rajtkom ilkoll. F’Għajnejkom rajt l-entużjażmu, l-interess u l-imħabba li għandkom għal uliedkom.
Dan il-kunċert tela bil-koperazzjoni tal-istaff kollu tal-iskola, ħadmu f’teamwork u ta’ dan nirringrazzjahom.
Grazzi tas-sorpriża li tajtuni. Is-70 € li ġbartu intom minn kull familja li hawn fl-iskola għall-bżonnijiet tal-iskola jimlieni b’kuraġġ. Din is-somma ser tintuża għall-bżonnijiet tal-istudenti.
J’Alla lkoll kemm intom ikollkom vaganzi u ġranet sbieħ dan il-Milied qaddis u sena ġdida mimlija kull barka, paċi u ġid mis-sema.
Ħallu l-Milied jgħaddi mbagħad ħajru lil uliedkom biex jibdew jagħmlu ftit homework kuljum u ftit revision. It-tfal jidħlu lura l-iskola nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2012.
Dame Marianne Zammit
Acting Head of School.

