Matul ix-xahar ta’ Diċembru kellna diversi attivitajiet. Kellna Novena li għallmitna fuq diversi persunaġġi relatati mal-ġrajja qaddisa tal-Milied. Bħala skola kellna ħarġa divertenti u fl-istess ħin edukattiva. Rajna film sabiħ (Dolphin’s Tale) b’tema marbuta mal-imħabba u rispett lejn in-natura u lejn il-bnedmin. Żorna wirja tal-presepji u wara kellna ikla fis-sala tal-iskola tagħna. Fl-aħħar spiċċajna bi qsim ta’ kejk biex niċċelebraw l-għoti tal-Green Flag. Ma nistgħux ninsew il-Kunċert tal-Milied fejn kull tifel u tifla ħadu sehem b’diversi innijiet tal-Milied. Il-Ħamis 22 ta’ Diċembru kellna l-festin tal-Milied. Ġurnata li t-tfal jistennew b’ħafna entużjazmu! J’Alla dawn il-memorji sbieħ jibqgħu f’qalb it-tfal tagħna għal diversi snin.
Posted by: Administrator | December 23, 2011
Attivitajiet matul Diċembru
Advertisement
Posted in Uncategorized




Nixtieq nghid grazzi lilek Mr Etienne Vella l-ewwel ta’ kemm taghmel dmirek fil-klassi u dejjem tara li timmotiva l-istudenti b’lezzjonijiet interessanti hafna. Grazzi mill-qalb tas-sagrificcji li taghmel u napprezza li waqt hin ta’ mistrieh tieghek taghmel din il-website up to date u taggornana b’ritratti t’attivitajiet li jkunu saru fl-iskola biex il-genituri u l-publiku li jidhol fil-website taghna jkun jaf b’dak li jkun jigri.
Nghid grazzi lil asst. kap , ghalliema u l-istaff kollu tal-ko-operzzjoni li sibt minghandkom lkoll biex kull inizzjativa u attivita li saret kienet success.
Nixtieq lil istaff kollu, lil genituri u kollegi s-Sena t-Tajba.
By: Dame Marianne Zammit on January 7, 2012
at 8:47 pm