Għeżież Ġenituri,
Bħala parti mill-eżercizzju ta’ tranżizzjoni mill-Year 6 għall-Form 1, ser tiġi organizzata Open Day fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern, Bniet u Subien.
Waqt l-Open Day, il-ġenituri ta’ studenti subien jistgħu jakkumpanjaw lil uliedhom u jżuru huma wkoll l-iskola fl-istess ġurnata 23 ta’ Jannar 2012.
L-għan prinċipali ta’ din il-laqgħa hu li jingħata aktar tagħrif dwar l-għażla tas-suġġett filwaqt li l-istudent jsiru aktar familjari mas-suġġetti li jistgħu jagħżlu u l-ambjent tal-iskola sekondarja.
*Minħabba raġunijiet loġistiċi, l-programm għall-istudenti bniet ser ikun differenti minn dak tas-subien.
Il-ġenituri tal-istudenti bniet ser ikollhom iċ-ċans li jżuru l-iskola Sekondarja Bniet, l-għada, nhar it-Tlieta, l-24 ta’ Jannar.
Għalliema tal-Guidance

