
Għeżież Ġenituri,
Bħala parti mill-ezercizzju ta’ transizzjoni mill-year 6 ghall-Form 1, ser tiġi organizzata “Open Day” fl-iskejjel Sekondarji tal-Bniet.
Il-ġenituri tal-istudenti bniet ser ikollhom iċ-ċans li jżuru l-iskola Sekondarja bniet, l-għada li jiġu it-tfal, nhar it-Tlieta, l-24 ta ’ Jannar. Dakinhar, Ms M. A. Attard, Kap tal-Iskola Sekondarja tal-bniet, ser tiltaqa’ mal-ġenituri waqt laqgha li ser issir fis-sala tal-iskola fid-9.00am. Din il-laqgha hija wahda importanti peress li ser tingħata informazzjoni dwar l-andament tal-ewwel sena skolastika fl-iskola sekondarja. Waqt il-laqgha ser ikun hemm ukoll l-opportunita li jsiru mistoqsijiet dwar l-għazla tas-suġġetti li jridu jagħmlu l-istudenti. Wara, l-ġenituri jkunu jistgħu jaraw l-klassijiet fejn uliedhom ser ikunu s-sena d-diehla.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom. F’kas ta’ diffikulta ċemplu fuq 21556238/21556189 u tkellmu mal-għalliema tal-Guidance.
Nirringrazzjawkom bi ‘l quddiem tal-koperazzjoni tagħkom u nistennew li tilqgħu l-istedina taghna.
Tislijiet
Ms Maria Assunta Attard
Kap tal-Iskola

