Ċirkulari lill-Ġenituri – 9 ta’ Novembru 2009

Għeżież Ġenituri,

1. Uniformi tax-Xitwa

Millum ’l quddiem (sakemm joħroġ avviż ieħor) it-tfal għandhom jiġu bl-uniformi tax-xitwa. Infakkarkom li kull item tal-uniformi speċjalment il-jersey u l-blazer għandu jkun fihom isem u kunjom tat-tifel/tifla. Għandha tintlibes l-ingravata tal-iskola. Il-papoċċ tal-P.E għandu jkun abjad, il-kalzetti bojod, u ż-żarbun iswed.

2. School Development Session

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Novembru l-iskola għat-tfal tkun sa nofsinhar. Dakinhar, min-12.30 sas-2.30pm l-għalliema ikollhom sessjoni ta’ taħriġ.

3. Parents’ Evening

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, l-iskola għat-tfal tkun sa 12.00pm. Mill-4.30p.m sas-6.30pm l-iskola terġa’ tiftaħ biex tilqa’ lil dawk il-ġenituri li jridu jiġu biex ikellmu lill-għalliema tat-tfal tagħhom. F’dak il-ħin ukoll isir il-bejgħ ta’ oġġetti li intom stess ġibtu. Nirringrazzja lil dawk il-ġenituri li ġabu affarijiet għall-bejgħ. Sfortunatament hemm ġenituri li ma taw xejn għall-iskola. Nispera li dawn ma jkunux dawk il-ġenituri li dejjem igergru li l-iskola mhix tagħmel biżżejjed għat-tfal tagħhom!

4. Coffee Morning

Nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru ikollna l-Coffee Morning. Peress li jkun hemm it-Tombla diġa tħallsu € 34.94 bħala Liċenzja lill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob. Inħeġġiġkom għalhekk biex tiġu u waqt li tieħdu pjaċir tkunu qegħdin tgħinu lill-iskola.

5. Il-websajt tal-Iskola

Bi pjaċir nixtieq ninfurmakom li l-iskola issa għandha l-websajt tagħha li wieħed jista’ jidħol fiha fuq http://www.ghajnsielemprimary.wordpress.com Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-għalliema kollha li qegħdin jaħdmu fuqha speċjalment lil Mr. Etienne Vella. Il-websajt fiha tagħrif u logħob tassew interessanti. Qis li tidħlu fuqha!

6. L-Iskema tal-Qari bl-Ingliż

Bi pjaċir nixtieq ngħarrafkom li l-iskola tagħna xtrat id-drittijiet biex ikollha l-Oxford Reading Tree On Line. Intom mid-dar tagħkom tistgħu ssegwu x’ikunu qed jitgħallmu t-tfal fil-klassi billi tidħlu fuq: http://www.OxfordReadingTree.com Inħeġġiġkom biex tużaw din il-websajt sikwit. F’kas ta’ diffikulta kellmu lili.

Grazzi ħafna.

Tagħkom

Pauline Grech Kap tal-iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Ċirkulari lill-Ġenituri – 9 ta’ Novembru 2009

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s