School Circular

4 ta’ Diċembru 2009

ĊIRKULARI LILL-ĠENITURI

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

1. Il-Party tal-Milied

Nixtieq nerġa’ nfakkar li skont il-liġi il-ħlas tal-party tal-Milied kemm tal-istudenti kif ukoll tat-tfal ma jistax isir minn Fondi Pubbliċi. F’Malta, kemm fl-iskejjel sekondarji kif ukoll Primarji, l-party jitħallas mit-tfal stess. F’Għawdex, fl-iskejjel (Sekondarji u Primarji) tal-Knisja, fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern u f’xi skejjel Primarji tal-Gvern il-party tal-Milied iħallsu għalih it-tfal stess. Jiena, bħala Kap tal-Iskola ma nistax nobbliga lill-għalliema biex joħorġu l-flus tal-party huma stess speċjalment meta niftakar kemm flus joħorġu minn buthom matul is-sena għal affarijiet li jużaw għat-tagħlim tat-tfal.

Għalhekk, bħal snin oħra, mingħajr ma nobbliga lil ħadd qed nissuġġerixxi li:

• it-tfal tal-Kinder iħallsu €1

• it-tfal minn Year 1 sa Year 3 iħallsu €2

• it-tfal minn Year 4 sa Year 6 iħallsu €3

MIN GĦANDU DIFFIKULTAJIET FINANZJARJI JEW ASSOLUTAMENT MA JISTAX IĦALLAS JKELLEM LILI. INWEGĦEDKOM LI ĦADD ĦLIEFI MA JKUN JAF B’DIN IL-ĦAĠA.

Infakkar lil kulħadd li jiena MA NAĊĊETTAX RIGALI GĦALIJA PERSONALI mingħand il-ġenituri la fil-Milied u lanqas fl-ebda żmien ieħor. Min irid joffri xi donazzjoni għall-iskola jista’ jagħtiha lili biex jiena nagħtih riċevuta. Dawn il-flus imbagħad jintużaw biex jinxtraw kotba fis-sensiela Oxford Reading Tree.

2. Concert tal-Milied.

Wara li fil-bidu tal-Iskola konna ġejna avżati mid-Diviżjoni tas-Saħħa li m’għandniex norganizzaw attivitajiet fejn ikun hemm ħafna tfal miġbura ġo sala. Issa ġejna avżati li nistgħu norganizzaw il-Christmas Concert. Billi ż-żmien issa daħal sew mhux ser ikollna ċans nippreparaw ħafna ser nagħmlu Christmas Concert qasir nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru 2009 f’nofsinhar.

3. Lotterija tal-Milied

Bħal kull sena qegħdin nagħmlu Lotterija tal-Milied. Din is-sena qed intellgħu Bambin ta’ Spanja mżejjen ferm sabiħ minn Emerenziana Zerafa. Meta tixtru l-Biljetti tkunu qed tgħinu lill-iskola.

4. Festa tal-Madonna ta’ Loretu.

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Diċembru it-tfal kollha jattendu għall-quddiesa tal-Festa fil-Parroċċa fid-9.00 a.m.

5. L-aħħar ġurnata qabel il-vaganzi tal-Milied

L-aħħar ġurnata tal-iskola se tkun nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2009. Dakinhar ikollna Quddiesa u l-party tal-Milied. It-tfal jerġgħu jidħlu lura l-iskola nhar il-Ħamis 7 ta’ Jannar 2010.

Grazzi ħafna tal-kooperazzjoni tagħkom.

Pauline Grech

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s