Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

1.   Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu, Jum id-Duluri, filgħodu, ikollna l-Quddiesa l-iskola.    Dakinhar l-iskola tkun sa nofsinhar biss. Dan, sabiex l-għalliema ikollhom il-laqgħa tagħhom ta’ darba kull term.

2.  Nixtieq niġbed l-attenzjoni tagħkom dwar l-uniformi tal-iskola. Infakkar li l-kalzetti iridu jkunu bojod, il-papoċċ tal-P.E. abjad u ż-żarbun iswed.  Jiddispjaċini ngħid li xi ġenituri mhumiex jagħtu kas tal-Kodiċi ta’ Imġieba tal-iskola. Dan mhux sew għax inaqqas ir-rispett tat-tfal lejn l-awtorita’ u jagħtihom l-impressjoni żbaljata li r-regoli jistgħu jinkisru kif iridu huma. Fl-iskola tagħna nagħtu importanza kbira lill-imġieba tajba. Nitlob il-ko-operazzjoni ta’ kulħadd dwar dan.

3.  Nixtieq infakkar lil kulħadd li kull item ta’ l-uniformi għandu ikollu ‘label’ ċara. Xi ġenituri baqgħu ma għamlux dan u qed joħolqu ħafna problemi lill-ġenituri oħra, li huma l-maġġoranza, li dejjem jobdu r-regolamenti.

4.   Nixtieq minn qalbi l-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd.

Tagħkom

 Pauline Grech

Kap ta’ l-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s