Ċirkulari – 26 ta’ April 2010

Għeżież Ġenituri,

1.    Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Mejju sa nhar il-Ħamis 6 ta’ Mejju, fl-iskola jkollna l-eżamijiet tal-Junior Lyceum għall-istudenti ta’ Year 6.

Dakinhar għalhekk, għall-istudenti minn Kinder sa Year 5 l-iskola tibda fil-11.15am. L-istudenti ma jitħallewx jidħlu fl-iskola qabel dak il-ħin.

2.    Lotterija ta’ Mothers’ Day

Il-Kumpanija Abraham’s Supplies li hija sponsor tal-iskola tagħna irregalatilna Hamper tassew sabiħ. Dan il-hamper se jittella b’lotterija bħala Fund Raising għall-iskola. Kull student se jiġi mogħti pakkett ta’ ħmistax il-biljett li ħamsa minnhom ikunu b’xejn. Il-prezz huwa ta’ €2.50 kull pakkett. Nitolbukom biex tikkoperaw magħna.

3.    Mothers’ Day Festival

Din is-sena, il-Mothers’ Day festival se jsir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju 2010 fis-7.00pm.  Dettalji jingħataw aktar ‘l quddiem.

4.    Jum iċ-Ċelebrazzjoni

Dan se jsir nhar il-Ħamis 27 ta’ Mejju fil-għodu. Dettalji jingħataw aktar ‘il quddiem.  Grazzi ħafna.

Dejjem Tagħkom

Pauline Grech

Kap ta’ l-iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s