Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Nixtieq minn qalbi nirringrazzjakom tal-ko-operazzjoni tagħkom matul din is-sena. Infakkarkom li s-sajf huwa żmien ta’ mistrieħ. Fl-istess ħin pero’ ma’ jistax ikun żmien ta’ ħela ta’ ħin.

Jekk it-tfal ma jaqrawx ftit KULJUM speċjalment bl-Ingliż se jerġgħu jidħlu l-iskola u jkunu nsew kollox! It-tfal irridu nħajruhom li jaqraw ftit kuljum! Attenti li ma jmissux ma xorb alkoħoliku!

Nixtieq infakkarkom li:

1)     It-tqassim tal-kotba ser isir mill-iskola fil-Ġimgħa bejn it-12 u s-16 ta’ Lulju. U F’DIK IL-ĠIMGĦA BISS. Dakinhar tingħataw ukoll informazzjoni fuq l-affarijiet li jkollhom bżonn it-tfal is-sena d-dieħla.

2)     L-Uniformi tinxtara mingħand Terry’s Fabrics bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju mit-8.30am sa 12.00 u mill-4.30 sas-6.00pm. Infakkar li kulħadd għandu jkollu blazer tal-iskola. L-ingravata tinxtara mill-iskola. Il-beritta tinxtara mingħand Trovarsi ta’ Market Street, Victoria.

3)     Infakkarkom li mhumiex permessi sandlijiet jew krakar mal-uniformi tal-iskola FL-EBDA XAHAR. Iż-żarbun għandu jkun iswed u l-kalzetti jridu jkunu dejjem bojod. Il-papoċċ tal-P.E. irid ikun abjad.

4)     L-istudenti jkunu obbligati jixtru Diary ta’ l-iskola fl-ewwel ġimgħa tal-iskola nhar it-Tnejn 27 ta’ Settembru 2010. Ghalhekk intom ma tixtrulhomx Diary Id-Diary irid ikun fil-basket tal-istudenti KULJUM.

5)     Nerġa’ nfakkar li fl-iskola mhumiex permessi drinks (ħlief ilma) u lanqas boroż, ċikkulati jew ħelu

6)     Qed nibgħatilkom il-Kalendarju tas-sena li ġejja biex kulħadd ikun jaf meta m’għandniex skola. Pero’ jista’ jkun hemm xi tibdil.

Jekk Alla jrid nerġgħu niltaqgħu biex inkomplu ntejbu l-livell tal-iskola tagħna.  Grazzi ħafna.

Pauline Grech

Kap tal-iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment