Ċirkulari lill-Ġenituri

27 ta’ Settembru 2010

Għeżież ġenituri,

Merħba għal sena oħra skolastika, is-sena 2010-2011. Nitlobkom biex ġentilment tagħtu kas ta’ din l-informazzjoni li se ngħaddilkom.

1. Dħul fl-iskola

Minħabba li x-xogħol fuq iċ-Ċentru Ċiviku għadu ma tlestiex, sakemm joħroġ avviż ieħor, id-dħul u l-ħruġ għall-iskola isir minn naħa tas-sala u mhux mid-daħla prinċipali.

2. Laqgħat għall-Ġenituri

Il-laqgħat għall-ġenituri li jsiru kull sena fil-bidu tal-iskola ser ikunu kif ġej. Il-laqgħat isiru dejjem fis-1.00p.m. fis-sala tal-iskola.

It-Tnejn 25 ta’ Ottubru                      Year 6 (Mrs. Agius)

It-Tlieta 26 ta’ Ottubru                      Year 6 (Mr Tabone)

It-Tnejn  11 ta’ Ottubru                      Year 5

It-Tlieta  12 ta’ Ottubru                      Year 4

Il-Ħamis 14 ta’ Ottubru                      Year 3

It-Tnejn  18 ta’ Ottubru                      Year 2

It-Tlieta  19 ta’ Ottubru                      Year 1

Il-Ħamis 21 ta’ Ottubru                      Kinder

3. Festa ta’ San Mikiel

L-ewwel Quddiesa fl-Iskola ser tkun nhar l-Erbgħa li ġejja 29 ta’ Settembru. Dakinhar nagħmlu l-Festa ta’ San Mikiel, San Rafel u San Gabrijel u flimkien nitolbuhom jieħdu ħsiebna matul din is-sena. Il-Quddiesa tkun fid-8.45 a.m. fis-sala tal-iskola u kulħadd huwa mistieden.

4. Animal Awareness Day

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Ottubru, festa ta’ San Franġisk infakkru Animal Awareness Day. Dak inhar, min irid jista’ jġib il-pet tiegħu biex jitbierek. It-tberik isir fl-10.30am u wara xi ħadd mill-ġenituri jiġbor dan il-pet. M’għandux jinxtara pet għal tal-apposta. Nitlobkom il-ko-operazzjoni ta’ kulħadd biex din l-attivita’ li t-tfal tagħna tant iħobbu, tirnexxi, kif dejjem irnexxiet s’issa.

5. Kodiċi ta’ Mġieba

Din is-sena ukoll qed jitqassmu r-regolamenti tal-iskola lil kull student/a. F’Ġunju li għadda xi ħadd għoġbu jagħmel rapport falz fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fih allega li t-tfal fl-iskola tagħna jistgħu jieklu dak li jridu. Dan mhux minnu. Minn din is-sena, bħala skola beħsiebna inkunu iktar iebsin biex naraw li r-regolamenti kollha tal-iskola ikunu mħarsa, għall-ġid tat-tfal stess. Fost l-oħrajn infakkarkom fuq li t-tfal:

a.           Jiġu l-iskola fil-ħin

b.           Jilbsu l-uniformi kif suppost

ċ.           Ma jġibux ikel u affarijiet li mhux permessi li jġibu magħhom.

d.           Kuljum ikollhom fuqhom id-Diary tal-iskola

6. Pjan ta’ Żvilupp

Għall-ewwel darba, din is-sena, kull student se jkollu ukoll il-Verżjoni tal-Istudent tal-Pjan ta’ Żvilupp. Tajjeb li intom bħala ġenituri tkunu familjari miegħu u taraw li t-tfal qed jimxu mad-dmirijiet li hemm elenkati fih.

Jiena ċerta li bil- ko-operazzjoni ta’ kulħadd se jerġa’ jkollna sena tajba oħra li matulha t-tfal jieħdu pjaċir jiġu l-iskola biex jitgħallmu.

Dejjem tagħkom

Pauline Grech

Kap tal-iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s