Ċirkulari lill-Ġenituri

Għeżież Ġenituri,

Iż-żmien għaddej ġmielu! Nirringrazzjakom ħafna tal-ko-operazzjoni tagħkom s’issa. Il-maġġoranza tagħkom attendew bi ħġarhom għal-laqgħat li għamilna għalikom skont il-klassi tat-tfal tagħkom.

Nieħu pjaċir ukoll nara li l-‘English Speaking Day’ intlaqet tajjeb minn kulħadd u ilkoll qed nagħmlu ħilitna biex intejbu l-profiċjenza tagħna fil-lingwa Ingliża.

Nitlobkom issa żżommu dawn id-dati fid-djarju tagħkom:

1.    Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru 2010 L-iskola tkun sa nofsinhar. Pero’ mill-4.00pm sas-6.00pm ikun hemm il-Parents’ Evening. F’dawk is-sagħtejn intom mistiedna tiltaqgħu mal-għalliema tat-tfal tagħkom biex tiddiskuti magħhom dwar il-progress ta’ uliedkom.

2.    L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2010  L-iskola tkun san-12.30pm biex mis-1.00 sas-2.30pm l-għalliema jiltaqgħu flimkien għal School Development Session.

3.    Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Novembru ikun hawn il-Fiera tal-Ktieb. Matul il-Ġimgħa tistgħu tiġu fil-ħin tal-iskola u tixtru l-kotba. Minbarra li ktieb jibqa’ għal dejjem u nkunu qed ngħinu biex it-tfal jaqraw iżjed, intom tkunu qed tgħinu lit-tfal tagħkom stess.

4.    Il-Ħamis 25 ta’ Novembru 2010    –  Coffee Morning –

Iktar ma tgħinuna iktar inkunu nistgħu ngħinukom. Biżżejjed ngħidilkom li billi jiena rajt li ma nistax inlaħħaq mal-ispejjes tal-linka tal-printers tal-kompjuter li hemm f’kull klassi. Għalhekk xtrajt printer Kyocera tal-kulur, li tinżamm fl-Uffiċċju tiegħi, u kull min ikun irid jipprintja juża lilha

 Ma din iċ-ċirkulari qed inqassmu ukoll biljetti għal-lotterija ta’ San Martin. Il-premju huwa hamper sabiħ, ġentilment mogħti lill-iskola mis-Sinjorina Emerenziana Zerafa.  Grazzi mill-qalb.

Dejjem tagħkom,

Pauline Grech (Kap tal-Iskola)

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s