Ċirkulari

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

1. Il-Party tal-Milied

Nixtieq nerġa’ nfakkar li skont il-liġi il-ħlas tal-party tal-Milied kemm tal-għalliema kif ukoll tat-tfal ma jistax isir minn Fondi Pubbliċi. F’Malta, kemm fl-iskejjel kif ukoll Primarji l-party jitħallas mit-tfal stess. F’Għawdex, fl-iskejjel (Sekondarji u Primarji) fl-iskejjel sekondarji u f’xi skejjel Primarji tal-Gvern il-party tal-Milied iħallsu għalih it-tfal stess.

Jiena, bħala Kap tal-Iskola ma nistax nobbliga lill-għalliema biex joħorġu l-flus tal-party huma stess speċjalment meta niftakar kemm flus joħorġu minn buthom matul is-sena għal affarijiet li jużaw għat-tagħlim tat-tfal. Għalhekk, bħal snin oħra, mingħajr ma nobbliga lil ħadd qed nissuġġerixxi li:

  • it-tfal tal-Kinder iħallsu €1
  • it-tfal minn Year 1 sa Year 3 iħallsu €2
  • it-tfal minn Year 4 sa Year 6 iħallsu €3

MIN GĦANDU DIFFIKULTAJIET FINANZJARJI JEW ASSOLUTAMENT MA JISTAX IĦALLAS IKELLEM LILI. INWEGĦEDKOM LI ĦADD ĦLIEFI MA JKUN JAF B’DIN IL-ĦAĠA.

Infakkar lil kulħadd jiena MA NAĊĊETTAX  RIGALI GĦALIJA PERSONALI mingħand il-ġenituri la fil-Milied u lanqas fl-ebda żmien ieħor. Min irid joffri xi donazzjoni għall-iskola jista’ jagħtiha lili biex jiena nagħtih irċevuta. Dawn il-flus imbagħad jintużaw biex jinxtraw il-blinds li għandna bżonn fil-klassijiet kollha minħabba l-interactive whiteboards.

2.   Lotterija tal-Milied

Bħal kull sena qegħdin nagħmlu Lotterija tal-Milied. Din is-sena qed intellgħu Presepju sabiħ maħdum minn Emerenziana Zerafa. Meta tixtru il-Biljetti tkunu qed tgħinu lill-iskola. Pakkett biljetti jiswa €2.

3.   Festa tal-Madonna ta’ Loretu

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru it-tfal kollha jattendu għall-quddiesa tal-Festa fil-Parroċċa. Din tkun fl-10.00am. Kulħadd hu mistieden.

4.   Mini-Fest

Din ser issir nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru. Dakinhar it-tfal jilbsu t-tracksuit u  jridu jġibu magħhom

  • Xemgħa ħamra
  • Barnuża ħamra tal-Milied

5.   Ħarġa għal Malta

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Diċembru it-tfal kollha tal-iskola minn Year 1 sa Year 6 (imma mhux tal-Kinder) se jmorru ġurnata Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied. Dakinhar jilbsu t-tracksuit.

Id-dettalji jagħtuhom l-għalliema lit-tfal.

6.  Concert tal-Milied

Il-concert tal-Milied ser isir nhar it-Tlieta 21 ta’ Diċembru. Il-ħin ikun f’nofsinhar (12.00pm). Wara l-concert it-tfal jibqgħu sejrin id-dar.  Ilbies:  tracksuit.

7. L-aħħar ġurnata

L-aħħar ġurnata tal-iskola għal dan it-term tkun l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru. Dakinhar l-ewwel ikollna Quddiesa fl-iskola stess. Wara jkun hemm il-logħob u wara l-logħob il-party. Wara l-party kulħadd jibqa’ sejjer id-dar.  Ilbies:  Li jridu imbasta jkun diċenti.

Miss Pauline Grech

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s