Lotterija

 Għeżież Ġenituri,

                            Bi pjaċir nixtieq ninfurmakom li Abraham’s Supplies għoġbu jirregalalna hamper tassew sabiħ li aħna sejrin intellgħuh lotterija. It-tfal ġew mogħtija pakkett biljetti kull wieħed. Min ikun jixtieq iżjed biljetti jista’ jieħu wieħed mill-iskola. Il-hamper jitla’ nhar it-Tnejn 18 ta’ April 2011. Meta tixtru biljett tkunu qed tgħinu l-iskola fl-ispejjeż li għandna biex stajna ntellgħu ‘Anastasia’, Musical tassew sabiħ, b’mod professjonali. Infakkarkom li dan il-musical li fih se jieħdu sehem l-istudenti kollha minn Year 1 sa Year 6 se jintwera waqt Celebration Day nhar il-Ħamis 7 ta’ April, f’nofsinhar. Dakinhar, malli tispiċċa ċ-Ċerimonja ta’ Jum iċ-Ċelebrazzjoni t-tfal jibqgħu sejrin id-dar. Intom mitluba ssibu postkom fis-sala sa mhux aktar tard minn nofsinhar neqsin għaxra. Inħeġġiġkom li tattendu lkoll għax ma jiddispjaċikomx żgur.

Dejjem Tagħkom,

 Pauline Grech (Kap tal-Iskola)

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s