Tmiem it-Tieni Term

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

  • Bl-għajnuna t’Alla erġajna wasalna għal tmiem ta’ term ieħor tal-iskola. Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ April nagħmlu t-tifkira tal-Madonna tad-Duluri. Kif inhi tradizzjoni f’ħafna skejjel dakinhar ikollna l-Quddiesa fit-8.45am. Intom ukoll mistednin għal din iċ-ċelebrazzjoni.
  • Nhar it-Tnejn 18 u t-Tlieta 19 ta’ April huma l-aħħar jumejn skola għal dan it-term. It-tfal kemm it-Tnejn u kemm it-Tlieta, għandhom jiġu l-iskola bil-P.E. Kit.
  • Nhar id-19 ta’ April l-iskola tispiċċa  f’nofsinhar biex wara nofsinhar aħna l-għalliema ikollna sagħtejn li matulhom niddiskutu l-progress tal-iskola (School Development Session)

L-iskola, jekk Alla jrid, terġa’ tibda nhar il-Ħamis 28 ta’ April 2011. Minn qalbi nawgura lilkom u lill-familji tagħkom l-Għid it-Tajjeb.

Pauline Grech (Kap tal-Iskola)

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s