L-Użu tajjeb u l-Abbuż tal-Internet

Għeżież ġenituri,

Illum donnu saret realta’ li t-tfal tagħna qed iqattgħu ħafna aktar ħin fuq l-internet.  Għalkemm forsi ħafna jaħsbu li wliedhom ikunu qed jilagħbu jew jagħmlu xi riċerka, pero’ ħafna huma dawk il-perikli li huma jistgħu jiltaqgħu magħhom u li jista’ jkollhom konsegwenzi koroh fuq l-imġieba tat-tfal.

Għalhekk qed jinħass ħafna l-bżonn li ssir laqgħa għalikom ġenituri tat-tfal kollha mill-Kinder 1 sal-Year 6 dwar l-Użu tajjeb u l-Abbuż tal-InternetDin il-laqgħa ser isservi biex intom tkunu tistgħu tgħinu l’uliedkom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa u jkunu protetti minn xi  abbużi  li jistgħu jsiru.

DATA:                12 ta’ Mejju 2011

POST:                 Gozo College Rabat Primary

KELLIEM:        Rappreżentant mis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija.

ĦIN:                    9:00am – 10:15am

Din il-laqgħa hija importanti ħafna u għalhekk inħeġġukom biex tattendu u dan dejjem biex tagħrfu tedukaw l’uliedkom tajjeb f’dan ir-rigward.   Din il-laqgħa hija miftuħa għall- ġenituri tat-tfal kollha tal-Iskejjel Primarji tal-Gozo College.   Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħkom.

Chev. Frank Gatt

Prinċipal Kulleġġ t’Għawdex

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s