Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru t-tfal kollha sa nofsinhar peress li minn 12.30pm sas-2.30pm ser issir Parents’ Day għat-tfal li qegħdin Yr.1, Yr.2, Yr.3, Yr. 4, Yr. 6.

Yr.5- Parents’ Day

Ser issir Parents’ Day għat-tfal li qegħdin Yr.5 nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru 2011.  It-tfal kollha jiġu l-iskola u intom tkellmu lill-għalliema waqt li l-istudenti jkunu PSD.

Qed naqsmukom fuq żewġ ġranet peress li għalliem minnhom jgħallem kemm lil Yr. 6 u anke lil Yr.5. Dan qed isir biex intom ikollkom ħin biżżejjed biex tiddiskutu l-progress t’uliedkom. Nieħu gost li narakom ilkoll. Dan juri kemm tieħdu interess fl-edukazzjoni.

L-għalliema tal-klassijiet se jagħtukom appuntament. Please ippruvaw żommuh. Dawk il-ġenituri ma jistgħux jiġu fil-ġranet imsemmija importanti li jikkuntattjawna.

Ħarġa Edukattiva għal Malta

Għada 15 ta’ Novembru t-tfal tal-Yr. 4 sejrin Malta mal-għalliema tagħhom.

Nfakkarkom fil-Meeting lill-Ġenituri tal-Yr.6   L-Erbgħa 16 ta’ Novembru. Se jiġi Counsellor Mr. Peter Paul Buttigieg biex ikellem lilkom ġenituri tat-tfal tal-Yr. 6. Ġa konna bgħatnielkom avviż. Importanti tiġu. Din il-laqgħa tibda fid-8.45am.

Il-Ħamis 17 ta’ Novembru   Se jiġu l-Guidance Teachers li huma  Career Advisors.  U se jkellmu lit-tfal tal-Yr.6 biex jgħinuhom fl-għażliet tas-suġġetti għal Form I.

Jeans and Popcorn Day        Illum saret Jeans and Popcorn Day bħala Fund Raising.  Il-ġbir kollu  li sar minn din l-attivita’ tajnieh lil Parents ta’ Leah Xuereb,    tifla mill-Iskola tagħna li qiegħda fi sptar l-Ingilterra. Kuljum nitolbu għaliha u importanti li niftakru fiha fit-talb tagħna.  Grazzi mill-qalb lil Buzzy Kids li offrewlna s-servizz tagħhom b’xejn għal din l-attivita’.

Nota Importanti

Is-sena li għaddiet konna bdejna nippubblikaw ċirkularijiet tal-iskola fil-websajt tal-iskola bil-ħsieb li ma nibqgħux nibgħatuhom mat-tfal ħalli hekk innaqqsu mill-konsum tal-karti. Ser inkomplu nippubblikawhom fuq il-websajt u nibdew nibgħatuhom ukoll e-mail lilkom ġenituri fuq l-e-mail address tagħkom. Intom għalhekk ġentilment mitluba li timlew il-formola u tibagħtuha lura l-iskola mat-tfal. Napprezzaw ħafna li l-ġenituri kollha jkunu lesti jaqraw dawn iċ-ċirkolarijiet minn fuq il-websajt www.ghajnsielemprimary.wordpress.com jew minn fuq l-e-mail personali tagħhom. It-tfal ser ikollhom nota fuq in-notebook tagħhom kull meta noħorġu ċirkulari ġdida.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s