Għeżież Ġenituri,
Bi pjaċir ninfurmakom li rbaħna l-Green Flag.
Dan huwa unur mhux biss għall-iskola tagħna imma għar-raħal kollu. Il-Ministru għal Għawdex, l-Arċipriet u l-ex Kap onorawna bil-preżenza taghhom.
Din il-bandiera l-ħadra tingħata lil dawk l-iskejjel li l-istudenti u l-għalliema tagħha ikunu ħadmu bis-sħiħ biex irreċiklaw, naqqsu l-iskart u użaw l-oġġett għal aktar minn darba (reduce, reuse, recycle). Grazzi lil link teachers Ms.Ritienne Attard u Ms. Lorietta Buttigieg kif ukoll lill-kumitat ta’ EkoSkola u lill-istaff kollu.
Student’s Council
Saret l-elezzjoni biex jinħatar il-kunsill tal-istudenti. Il-membri eletti minn sħabhom l-istudenti huma
Maxine Portelli u Glen Saliba mill-Year 5
Rebecca Grech u Chris Farrugia mill-Year 6
Nifirħulhom għall-kariga tagħhom u nawgurawlhom sena ta’ ħidma għall-ġid ta’ sħabhom u tal-iskola.
Get Together
Nirringrazzjawkom għeżież ġenituri tas-suċċess tal-‘Get Together’ li sar għalikom. Grazzi tar-rigali u vouchers li bgħattulna biex setgħu jirbħuhom il-ġenituri numerużi li attendew għal din l-attivita. Il-qligħ ta’ din l-attivita’ sejjer kollu biex jinxtraw ‘readers’ bl-Ingliż għat-tfal tal-Year 5. Dawn il-kotba ilu jinħass il-bżonn tagħhom u se jibqgħu fl-iskola biex jintużaw anke għas-snin li ġejjin.
Parents’ Day
Prosit għax kważi kulħadd attenda għall ‘Parents’ Day’ li ġiet organizzata għalikom. Dan juri kemm intom dedikati u tieħdu interess fl-edukazzjoni ta’ uliedkom.
Tfal tal-Kinder
It-tfal tagħna flimkien mal-KA’s tagħhom ħarġu sa Betlehem f’Għajnsielem fejn raw l-annimali li hemm f’dan il-post. Dawn marru peress li kienu qed jgħaddu t-topik fuq l-annimali. It-tfal raw l-annimali ta’ veru u għalfuhom ukoll. Din kienet esperjenza unika u sabiħa għalihom.
Trekking sax-Xatt l-Aħmar u l-Ħeliport
It-tfal tal-Year 1 u Year 2 marru mal-għalliema tagħhom u mal-għalliema ‘animators’ tal-Gozo College sax-Xatt l-Aħmar fejn raw il-pajsaġġ Għawdxi. Mixja bħal din f’dawn iż-żminijiet niżlet għasel mat-tfal għax gawdew għal ftit ħin in-natura ta’ madwarna.
It-tfal tal-Year 5 flimkien mal-għalliema tagħhom u mal-għalliema ‘animators’ tal-Gozo College marru ‘trekking’ sal-heliport. Hemm iltaqgħu mal-membri tat-taqsima tat-tifi tan-nar u għamlulhom dimostrazzjoni kif jitfu n-nar. Kull student ingħata ċ-ċans li jitla’ ma’ membru tat-taqsima tat-tifi tan-nar għoli sitt sulari fuq is-sellum tagħhom li jintuża f’każ ta’ ħruq. Kienet esperjenza sabiħa u informattiva li ma jinsewha qatt.
It-tfal tal-Year 1, Year 2, Year 3 marru Popeye Village mal-għalliema tagħhom u ma’ Ms. Attard. Hemm kellhom esperjenza ta’ Christmas Father’s Factory fejn ħadu gost u affaxxinaw ruħhom jaraw il-Christmas Father imħabbat jagħmel ir-rigali tal-Milied għat-tfal.
Isem tal-Iskola
Waħħalna l-isem tal-iskola. Vera sabiħ magħmul mill-ħġieġ. Dan ġie mwaħħal mal-bieb tal-hall.
Presepju
Nirringrazzja lil Emerenziana Zerafa li għamlitilna volontarjament presepju kbir u sabiħ mimli pasturi biex intellgħuh. Il-fondi li jinġabru ser nużawhom għall-iskola. Inħeġġiġkom biex taħsbu għall-biljetti kmieni.
Time Table tal-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena
Għalkemm għadu kmieni qed nibgħatilkom it-time table tal-eżamijiet ta nofs is-sena biex tkunu tafu d-dati u ftit ftit it-tfal tagħkom jibdew jippreparaw għalihom.
Half Yearly Exams Time Table – (click here)
Avviż Importanti – Staff Meeting
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru se jkollna ‘Staff Meeting’. Dakinhar it-tfal kollha tal-iskola tagħna jispiċċaw l-iskola f’nofsinhar (12.00pm).