Is-sitt sena – Bniet

Għeżież Ġenituri,

Bħala parti mill-ezercizzju ta’ transizzjoni mill-year 6 ghall-Form 1, ser tiġi   organizzata “Open Day” fl-iskejjel Sekondarji tal-Bniet.

Il-ġenituri tal-istudenti bniet ser ikollhom iċ-ċans li jżuru l-iskola Sekondarja bniet, l-għada li jiġu it-tfal, nhar it-Tlieta, l-24 ta ’ Jannar.  Dakinhar, Ms M. A. Attard, Kap tal-Iskola  Sekondarja tal-bniet, ser tiltaqa’ mal-ġenituri waqt laqgha li ser issir fis-sala tal-iskola fid-9.00am. Din il-laqgha hija wahda importanti peress li ser tingħata informazzjoni  dwar l-andament tal-ewwel sena skolastika fl-iskola sekondarja. Waqt il-laqgha ser ikun hemm ukoll l-opportunita li jsiru mistoqsijiet dwar l-għazla tas-suġġetti li jridu jagħmlu l-istudenti. Wara, l-ġenituri jkunu jistgħu jaraw l-klassijiet fejn uliedhom ser ikunu s-sena d-diehla.

 Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom. F’kas ta’ diffikulta ċemplu fuq 21556238/21556189 u tkellmu mal-għalliema tal-Guidance.

 Nirringrazzjawkom bi ‘l quddiem tal-koperazzjoni tagħkom u nistennew li tilqgħu l-istedina taghna.

Tislijiet

Ms Maria Assunta Attard

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s