Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Bħalma tafu l-eżamijiet qed joqorbu mhux ħażin. Għalhekk importanti li t-tfal tagħkom jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jsir fil-klassi.

 Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar

 L-istudenti tal-Yr. 4 sejrin Inclusion Session fl-Iskola Primarja u l-iSpecial Unit ta’ Sannat. Importanti li għada jiġu bit-tracksuit, fardal jew tee shirt. Se jkollhom 3 attivitajiet – fil-gymnasium tal-iskola, sensory session u arts and crafts session. Jitilqu mill-iskola fl-10.00a.m. mal-għalliema tagħhom.

 It-Tnejn 23 ta’ Jannar.

 Ser ikun hemm ‘Open Day’ għat-tfal u l-ġenituri tal-Yr.6 Boys fis-Skola Sekondarja tas-Subien. Għall-bniet biss se tkun dakinhar stess fl-iskola Sekondarja tal-Bniet.

 It-Tlieta 24 ta’ Jannar

 L-istudenti tal-Yr.4, Yr.5, Yr. 6 se jmorru jaraw l-Mużewijiet li hemm fiċ-Ċittadella u wara jaraw film qasir Gozo 360’.

 Il-Ħamis26 ta’ Jannar

 Ser ikollna l-Qrar. Il-ġenituri tal-Yr. 4, Kinder 1 u Kinder 2 se jkollhom taħdita dwar Child Safety fl-Iskola Primarja tan-Nadur. Il-ħin ikun fid-9.00a.m

 Il-Ħamis26 ta’ Jannar

 Staff Meeting

It-tfal  kollha se jintbagħtu d-dar f’nofsinhar. L-għalliema se jkollhom staff meeting importanti dwar l-eżamijiet.

 Il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar

 Filgħodu se jkollna l-Quddiesa immexxija mill-Arċipriet.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment