Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

                            Nappella lilkom ġenituri biex tagħmlu kemm tistgħu biex tħejju lil uliedkom jagħmlu reviżjoni tajba bi tħejjija għall-eżamijiet ta’ Frar. Aħna nittamaw li bħas-soltu jkollna riżultati sbieħ mill-biċċa ‘l kbira tal-istudenti. Qed nerġgħu nagħtukom it-time table tal-eżamijiet

 Nota importanti għal waqt l-eżamijiet

  • It-tfal li se jagħmlu l-eżami għandhom imorru d-dar xħin jispiċċa l-eżami; xi wħud f’nofsinhar u dawk li għandhom l-extra time fil-kwarta.
  • It-tfal li m’għandhomx eżami jiġifieri Kinder 1, Kinder 2, Years 1,2, u 3 għandhom skola bħas-soltu.

 Librerija

Fil-ġimgħa tal-eżamijiet il-Librerija tal-Iskola ser tkun miftuħa biss għall-Years 1,2 u 3

Parents’ Day

Wara l-eżamijiet se jkollna Parents’ Day ta’ ġurnata. Id-data se tkun l-1 ta’ Marzu 2012. Aktar dettalji nagħtuhomkom aktar tard.

 Kostumi tal-Karnival

Għandna kostumi tal-kbar uħud minnhom bil-foam li jinsabu fil-P.E. Room. Nixtiequ li neħilsu minnhom kollha b’donazzjoni ta’ €20 biss. Min hu interessat jista’ jikkuntattja lil Pawlu ħalli jarahom.

Il-Ħamis 2 ta’ Frar – Qrar

Il-Ġimgħa 3 ta’ Frar – Quddiesa

It-Tlieta 7 ta’ Frar – Nota Importanti Intom ġenituri tat-tfal tal-Year 6 mitluba tiġu l-iskola fid-9.15am. Se jiġi t-tabib tal-iskola Dr. Xuereb Dingli u jagħmel check up lil uliedkom tal-Year 6. Importanti li ġġibu magħkom il-ktieb tat-tilqim tat-tfal tagħkom.

Il-Ħamis 9 ta’ Frar – Mill-Fondazzjoni OASI se jiġu jkellmu lit-tfal tal-Year 1 u Year 2.

Mit-13 sas-16 ta’ Frar – Eżamijiet.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar – Get Together għalikom ġenituri. Aktar dettalji jingħataw f’ċirkulari oħra.

 20 u 21 ta’ Frar – Vaganzi tal-Karnival

 L-Erbgħa 22 ta’ Frar – Nerġgħu nibdew l-Iskola

Nota Importanti lill-Ġenituri tat-tfal Tal-Year 6.

 Lit-tfal tagħkom tajniehom applikazzjoni għall-għażla tal-lingwa barranija u suġġett għall-ewwel klassi tal-Iskola Sekondarja. Importanti li taraw li d-dettalji miktuba fuqha huma korretti u timmarkaw b’salib fejn dak is-suġġett li se tagħżlu. Tridu tagħżlu lingwa minn grupp A u suġġett ieħor minn grupp B. Irid jiffirma l-istudent u jrid jiffirma l-ġenitur. U terġgħu tibagħtuha lura lil Mr. Joseph Refalo l-Assistent Kap. F’każ ta xi diffikulta ikkuntattjawna.

Nota Importanti rigward id-daħla tal-Iskola

Nixtiequ ninfurmawkom li  fil-jiem li ġejjin il-kuntrattur tal-Kunsill Lokali ser jibdel il-madum li hemm fid-daħla tal-iskola peress li kien jiżloq. Għalhekk nitolbukom biex meta jkun għaddej ix-xogħol jew tkun ix-xita tużaw id-daħla tas-sala tal-Iskola.

Dame Marianne Zammit

A/Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s