Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar m’għandniex skola peress li hija l-festa ta’ San Pawl.

Avviż Importanti dwar l-Eżamijiet

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Frar it-tfal tal-Year 6 biss se jkollhom l-ewwel eżami dak tar-Reliġjon. Dan ser isir flok il-Ġimgħa peress li dakinhar hu l-Karnival.

Issa l-eżamijiet qed joqorbu ġmielhom. Ħajru lil uliedkom jibdew ir-reviżjoni biex fl-aħħar ġurnata ma jaqbadhomx paniku. Tissukkawhomx iżżejjed imma dmirhom iridu jagħmluh. Nixtiequ li lkoll kemm huma jiksbu riżultat tajjeb skont l-abbilita’ tagħhom.

 Laqgħa dwar il-‘phonics’

Infakkar lill-ġenituri tal-Year 1 li nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa għalihom fl-iskola tagħna dwar il-‘phonics’. Kien hemm xi ġenituri li qed isibuha diffiċli biex jgħinu lil uliedhom jispellu u  għalhekk din il-laqgħa se tkun ta’ għajnuna.

Jekk hemm xi ġenituri ta’ xi klassijiet oħra li huma wkoll qed isibuha diffiċli biex jgħinu lil uliedhom jaqraw u jispellu jistgħu jattendu wkoll għal din il-laqgħa.

Żjajar fil-Klassijiet

Jiena barra milli nagħmel xogħol amministrattiv li hu importanti, hu dmiri wkoll li nara li t-tagħlim fl-iskola huwa ta ċertu livell, ngħin, nimmotiva u ninkoraġġixxi lill-għalliema kollha biex jagħmlu dan b’suċċess.

Għadni kif temmejt l-ewwel fażi fejn mort f’kull klassi fi ġranet u ħinijiet differenti u rajt lezzjoni għaddejja. Bi pjaċir ngħidilkom li t-tliet kwarti li qattajt f’kull klassi kienu ħin prezzjuż. Hemm rajt li l-għalliema kollha kienu lkoll ferm ippreparati. Kollha użaw diversi riżorsi u bħala r-riżors ewlieni lkoll użaw l-‘interactive whiteboard’. It-tfal kienu ferm motivati waqt il-lezzjonijiet bl-eżerċizzji, il-logħob u l-istampi li pprovdewlhom fuq il-i.w.b. It-tfal dehru li kienu mdorrijin jużawh għax xħin kienu jiġu mistoqsijin biex jagħmlu xi eżerċizzji minn fuqu lkoll ipparteċipaw. Innutajt li l-għalliema nvolvew lill-istudenti kollha fil-lezzjoni anke lil dawk bi bżonnijiet speċjali. Ħadt gost li kien hemm min qassamhom fi gruppi biex ilkoll ikollhom ċans jipparteċipaw fil-lezzjoni. L-objettivi u l-għanijiet ta’ kull lezzjoni li rajt ġew milħuqa b’suċċess għax kull student mexa pass ‘il quddiem skont il-kapacita’ tiegħu minn dak li kien jaf sa issa.

Il-madum tal-entratura ta’ quddiem il-bieb tal-iskola

 Bħal ma naħseb innutajtu nbidel il-madum ta’ quddiem l-entratura tal-iskola. Il-madum li kien hemm qabel kien jiżloq u għalhekk bħala skola tlabna lill-Kunsill biex dan il-madum jinbidel. Bi pjaċir inħabbru li issa dan il-madum inbidel u suppost mhux perikoluż. Nixtieq ngħid grazzi lis-Sindku u lill-Kunsilliera li t-talba tagħna ġiet mismugħha. Ngħidlu grazzi wkoll għan-nom ta’ wliedkom u tagħkom li tagħmlu użu minnu ta’ kuljum.

Dame Marianne Zammit

A/Kap tal-Iskola.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s