Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Nixtieq ninfurmakom li bid-donazzjoni li tajtu lili għan-nom tal-iskola waqt il-Kunċert tal-Milied ta €70 xtrajna bihom sand pit għat-tfal tal-Kindergarten. Il-Klassi tal-PreKinder ta’ Ms Carmen Mifsud kienet l-unika klassi tal-Kinder li ma kellhiex fejn jilagħbu t-tfal bir-ramel. Għalkemm is-sand pit kien jiswa iktar tal-ħanut ħallithulna €70. Għan-nom tat-tfal ngħidulkom Grazzi.

Illum spiċċaw l-eżamijiet. Issa lil uliedkom ħalluhom jistrieħu u jgawdu l-ġranet tal-Karnival. Għada t-tfal jiġu l-iskola bil-kostum tal-Karnival.

Coffee Morning

Infakkrukom fil-Coffee Morning ta’ għada. Inħeġġukom biex tattendu. Uliedkom kollha se jieħdu sehem fl-Isfilata li se ntellgħu fuq il-Palk f’xi ħin waqt il-Coffee Morning. Jieħdu gost jekk jarawkom. Fil-11.30am eżatt wara l-Coffee Morning se jiġi t-tabib tal-iskejjel Dr. Xuereb Dingli biex ikellimkom dwar l-Asthma. Tajjeb li kulħadd jattendi u jinforma ruħu għax dan is-suġġett jista’ jolqot lil kulħadd f’xi jum jew ieħor. Wara din l-attivita’ min irid jista’ jieħu t-tfal miegħu d-dar. It-tfal jerġgħu lura l-iskola nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2012.

Grazzi

Dame Marianne Zammit

A/Kap tal-Iskola.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment