Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

 Parents’ Day

L-għalliema kollha kkoreġew il-karti u qed idaħħlu r-riżultati. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Marzu ser issir il-Parents Day. F’dan il-Jum it-tfal m’għandhomx skola imma intom mitluba li tiġu l-iskola fil-ħin li se jagħtukom l-għalliema biex titkellmu magħhom dwar il-progress ta’ wliedkom. Dakinhar stess tingħataw ir-riżultat tal-marki li ġabu wliedkom. Narawkom ilkoll.

Grazzi mill-qalb

Grazzi mill-qalb lilkom ġenituri li attendejtu bi ħġarkom għall-Coffee Morning tal-Karnival. Kien suċċess u minn hawn nirringrazzja lill- membri kollha tal- Kunsill Skolastiku speċjalment lil Ms. Mary Scicluna, lill- iStaff tal-Iskola speċjalment lil Ms. Mary Grace Xuereb u Ms. Mary Theuma li ppreparaw lit-tfal, lis-Sur Charles Portelli li ħa ħsieb is-sound u lil Ms Sonia Mallia. Prosit lit-tfal kollha għax tellgħu programm sabiħ fuq il-palk. Ħadt gost li rajtkom tinteressaw ruħkom fit-taħdita dwar l-Asthma li għamlilkom Dr. John Xuereb Dingli. Nippruvaw li f’xi attivita li jmiss inġibu lil xi ħadd ieħor biex ikellimkom fuq xi suġġett li jinteressakom.

Laqgħat mill-OASI

Qed jiġu rappreżentanti mill-OASI fejn qegħdin ikellmu lit-tfal tal-Year 3, Year 4, Year 1, Year 2.

Grazzi

Dame Marianne Zammit

A/Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s