Iż-żmien għaddej jiġri u wasalna fil-Ġimgħa Mqaddsa. Magħhom ukoll waslu l-vaganzi tal-Għid. It-tfal jibdew il-vaganzi tal-Għid mill-4 t’April u jirritornaw lura l-iskola nhar il-Ħamis 12 t’April. L-Istaff kollu u jien nixtiequlkom l-Għid it-Tajjeb.
Grazzi mill-qalb
Nixtieq nirringrazzja lill-missier tifla mill-iskola tagħna ‘Fantin Metal Works’. Huwa tana b’xejn l-istainless steel cover li hemm imwaħħla fuq l-intercom tal-iskola fejn il-bieb prinċipali. Napprezzaw ħafna.
Uniformi
Is-sajf għadu ma bediex u ma nixtieqx li t-tfal jiġu l-iskola bil-komma qasira għax għadu jkollna l-kesħa. Tajjeb li jġibu xi ħaġa biex jilbsuha qabel joħorġu ‘l barra.
Jum iċ-Ċelebrazzjoni (Prize Day)
Din se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħamis 3 ta’ Mejju f’nofsinhar. It-tfal tagħkom kollha se jieħdu sehem. Fil-fatt ilna li bdejna l-preparamenti. Nixtieq dakinhar narakom ilkoll.
Dame Marianne Zammit
A/Kap tal-Iskola
Jiena Venera Muscat studenta li s-sena l-ohra kont year 6 ma miss Slyvana Aguis.Nixtieq li tinforma lili u lil shabi bil- prize day jekk jogbok u grazzi.