Ċirkulari

Għeżież Ġenituri

Ħarġa Edukattiva
Ser norganiżżaw ħarġa edukattiva ġewwa Malta nhar it-Tlieta 15 ta’ Mejju 2012, għat-tfal tal-Year4 u 5. Ser nitilqu mal-vapur tat-8.15a.m. Insibu private tistenniena ċ-Ċirkewwa li twassalna l-Birgu. Hemmhekk ser inżuru l-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu. Nirritornaw lura mal-vapur tas-1.30p.m. Prezz għal din l-attivita’ €5.00 li jinkludi biljett tal-vapur u coach.

Skola Sajf/ Klabb Sajf
Ħarġu l-applikazzjonijiet ta’ Skola Sajf u Klabb Sajf għat-tfal minn Year 2 sa Year 6. Min hu nteressat jiġbor l-applikazzjoni mill-uffiċċju amministrattiv tal-iskola. Iridu jiġu rritornati sal-aħħar ta’ Mejju 2012.

Jum iċ-Ċelebrazzjoni
Ħadna ħafna gost bil-preżenza tagħkom għall-Jum iċ-Ċelebrazzjoni. It-tfal kollha mill-kbar saż-żgħar ħaqqhom prosit għax taw performance tajba kemm bil-kant, kemm bid-daqq tar-recorder kif ukoll fil-musical. Vera kienu qishom atturi kbar u professjonali. Grazzi lilkom ilkoll li ħallastu għall-ħjata tal-kostumi. Grazzi mill-qalb tmur ukoll lill-istaff kollu li ħadem bħala tim biex tellajna x-show u grazzi wkoll lis-Sur Joseph Sultana li ħadilna r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s