Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

                           Nixtieq infakkarkom li min-nhar it-Tnejn 25 ta’ Ġunju sal-Erbgħa 27 ta’ Ġunju ser isiru l-eżamijiet annwali fl-iskejjel Primarji għat-tfal tal-yr.4, yr. 5 u l-year 6 għandhom żewġ suġġetti biss.

 Qed nerġa’ nagħtikom it-TimeTable

It-Tnejn 25 ta’ Ġunju              8.45 – 10.00                  English                 Yr. 4,5.

                                            10.45 – 11.15            English List. Comp    Yr. 4,5.

                                             11.25 – 11.55           Maltese List. Comp    Yr. 4,5.

It-Tlieta 26 ta’ Ġunju              8.45 – 9.00           Maths  Mental      Yr. 4,5.

                                                9.00 – 10.15                 Maths  Written      Yr. 4,5.

                                                10.45 – 12.00        Religion               Yr.4,5,6.

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju            8.45 – 10.00                  Maltese                 Yr, 4,5.

                                                  10.45 – 12.00       Social Studies       Yr. 4,5,6.

 Ir-riżultati tal-eżamijiet tircevuhom bil-posta. Nawguraw lit-tfal kollha li jgħaddu.

Peress li din se tkun l-aħħar newsletter li aktarx se noħroġ, nfakkarkom biex tinkuraġġixxu lil uliedkom l-ewwel jistrieħu xi ftit wara sena ħidma imma jerġgħu jibdew jaqraw. Jekk ma taqrax ma ġġibx ideat li aktar ‘il quddiem jgħinuk fil-komponimenti u kif tibni sentenzi sħaħ. Bħas-snin l-imgħoddija ġeddidna l-abbonament biex uliedkom jkunu jistgħu jaqraw l-Oxford Reading Tree minn fuq il-websajt tal-iskola. L-website tagħna hija http://www.ghajnsielemprimary.wordpress.com u . Il-username tal-Oxford Reading Tree hija ‘oroghajnsielem’ u l-password hija ghajnsielemort.

 Summer Revision

 L-għalliema tal-Yr.1, Yr.2, Yr. 3  lestew Summer Revision booklets biex uliedkom ma jinsewx dak li tgħallmu. Dawn jinkisbu mill-iskola  u mhux bilfors iżda min irid. Min hu interessat ikellem lill- għalliema tal-klassi.

 Ġbir ta’ kotba

 Il-ġbir tal-kotba għas-sena d-dieħla ser isir hekk:-

 Mit-Tlieta 24 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 27 ta’ Lulju mid-9.00 sal-11.00 a.m. mingħand Ms. Sonia Mallia u Mr. Charles Portelli.

 L-iskola waslet kważi fl-aħħar u minn qalbi nixtieq lilkom ġenituri kif ukoll tfal u għalliema sajf ta’ mistrieħ tant mistħoqq. Għan-nom tagħkom nirringrazzja lill-għalliema u lill-istaff kollu tal-iskola li ħadem bla heda għal ġid ta’ wliedkom. Dejjem poġġejna lil uliedkom fiċ-ċentru ta’ dak kollu li wettaqna. Nirringrazzja wkoll lill-kunsill skolastiku tas-servizz li tawna. Bl-aħħar flus li ġbarna fil-Coffee Morning xtrajna Madonna tar-Ruzarju, waħħalna pedestall taħtha ġol-bitħa tal-iskola. Illum l-Arċipriet se jberikilna. Illum ukoll il-qliegħ li ġbarna mill-uniform free day u pizza li kien ta €178.80 se ngħadduhom b’cekk lis-sur Karmenu Camilleri għan-nom ta’ Puttinu Cares.

 Jiena jekk xi ħadd ikollu bżonn ikellimni anke f’dawn il-vaganzi kellmu lil Ms. Sonia Mallia jew lil Mr. Charles Portelli biex tagħmlu appuntament. Jiena f’xi ġranet nittawwal biex nara x’ikun jiġri fl-iskola u nara xi jkun irid isir għas-sena d-dieħla.

 Grazzi mill-qalb tal-kooperazzjoni kollha li dejjem sibt mingħandkom.

 Dame Marianne Zammit

A/Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s