Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Illum it-tfal tagħkom bdew l-iskola. Kemm kienu sbieħ, puliti u ndaf. Prosit lilkom li ħadtu ħsieb tibgħatuhom in full uniform minn rashom sa saqajhom kollha biż-żraben mblakkati. Prosit lilkom talli ġibtuhom fil-ħin l-iskola. Dan jawgura tajjeb għal quddiem biex għada pitgħada anke għax-xogħol ikun fil-ħin.

Nixtieq li filgħodu ma jidħol ħadd mill-bieb il-ġewwa qabel 8.25am. Dak il-ħin iddoqq il-qanpiena. Dan qed naghmlu għax qabel dak il-ħin ma jkolli lil ħadd li jkun qed jieħu ħsieb it-tfal li jiġu kmieni b’konsegwenza li jistgħu ikorru. M’aħniex responsabbli la aħna tal-Amministrazzjoni u lanqas l-għalliema. Min iqum kmieni jagħmel aktar ġid jekk imur jisma’ quddiesa tat-7.45am fil-parroċċa. Tajjeb li wieħed jibda l-ġurnata b’quddiesa u tqarbina.

Imbagħad kif nibdew it-talba irrid li l-ġenituri kollha jmorru d-dar u jħallu lit-tfal waħedhom. Aktar ma ixxejrulhom aktar hemm ċans li tbikkuhom qabel titilqu. Aħna nħobbu u nagħtu kas lit-tfal kollha u jekk xi ħadd jibki jew narawh ma jiflaħx inċemplulkom minnufih. Il-ġenituri tal-kinder huma obbligati li jidħlu bit-tfal fit-8.30am u mhux qabel. Qed nieħu dawn il-miżuri kollha għas-sigurta ta’ wliedkom.

Jekk xi ħadd ikun jixtieq ikellimni ċempilli l-iskola fuq 21553548. Min ikun jixtieq ikellem lill-għalliema l-ewwel tridu tieħdu permess mingħandi jew l-Asst. Head Mr. Refalo.

Laqgħat magħkom

Nixtieq niltaqa magħkom lkoll għalhekk se norganizzaw laqgħat għalikom il-ġenituri biex flimkien mal-għalliema tal-klassi tat-tfal tagħna nagħmlu laqgħa.

Yr 6            8t’Ottubru

Yr.5            9t’Ottubru

Yr.4            10t’Ottubru

Yr.3            11t’Ottubru

Yr.2            12t’Ottubru

Yr.1            15t’Ottubru

Kinder        16 t’Ottubru

Il-ħin ikun fis-1.30pm fis-sala tal-iskola

Dak in-nhar nieħu l-firem tal-ġenituri li jattendu.

School Fruit Scheme

Qed nibgħatilkom applikazzjoni tal-Iskema Frott u Ħaxix. Ta’ kull sena t-tfal kollha jistgħu jieħdu frott u ħaxix frisk b’xejn darba fil-ġimgħa.

Kull ma tridu tagħmlu timlew l-formola u tibgħatuha mat-tfal l-iskola sa nhar il-Ġimgħa.

Importanti: Jekk hemm xi tfal li huma allerġiċi għal xi frotta jew ħaxix iktbu ħalli dakinhar jingħataw xi ħaġa oħra.

Nixtieq li lkoll japplikaw għax il-frott u ħaxix hu tajjeb ħafna għal saħħitna.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s