Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Għada t-tfal tal-Yr.3, Yr. 4, Yr. 5, Yr. 6 sejrin ħarġa edukattiva Malta. L-ewwel sejrin jaraw il-President’s Kitchen Garden u wara sejrin il-Bird Park Malta Education Programme. Intom mitlubin li tieħdu t-tfal ix-xatt biex jirkbu mal-vapur tal- 8.15am. Għalhekk importanti li kulħadd ikun hemm fit-7.45am .  Intom mitluba li ma titilqux qabel javżawkom l-għalliema għax jekk ikun il-maltemp ma mmorrux. Niġu lura mal-vapur tas-1.30pm. Tiġbru t-tfal mit-Terminal għas-1.50pm.

Għada t-tfal jilbsu t-tracksuit.

Avviż Importanti

L-iskola tispiċċa fis-2.25pm. Jekk tiġu xi 10 minuti qabel għalihom ikun aktar minn biżżejjed. Qed ikolli lmenti mill-ġirien faċċata tal-iskola li xi ġenituri qed jiġu aktar minn siegħa qabel u joqgħodu jpaċpċu u jgħajtu u ma jħalluhomx jieħdu siesta. Mhux aċċettat li  jsir dan speċjalment fejn ikunu joqgħodu l-anzjani għax ġie li jkunu jifilħu u ġie li le. Min fostkom jieħu gost jiġi kmieni jgħid kelma jista’ jagħmel dan billi joqgħod fejn hemm il-bankijiet taħt is-siġar fejn il-knisja u mhux fejn id-djar. Grazzi tal-ko-operazzjoni

Laqgħa għall-ġenituri tas-6 sena

Il-laqgħa tal-ġenituri dwar it-transition tat-tfal tas-sitt sena li kellha issir fis-6 ta’ Novembru tħassret u ser issir fid-19 ta’ Novembru fis-1.00pm

Il-Ħamis 1 ta’ Novembru u l-Ġimgħa 2 ta’ Novembru

It-tfal m’għandhomx skola f’dawn il-ġranet. Niftakru fl-għeżież mejtin tagħna billi nitolbu għalihom u nżuru qabarhom.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s