Għeżież Ġenituri
Kellmuni xi ġenituri tat-tfal tal-Kindergarten wara li ħriġt in-newsletter biex ma jsirx għajjat fit-triq minħabba xi ġirien fil-viċinanza tal-iskola. Kien hemm min issuġġerixxa li t-tfal tal-Kindergarten jibdew joħorġu aktar tard biex ma jsirx storbu fit-triq.
Għalhekk navża li wara li nidħlu mill-jumejn vaganzi jiġifieri nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru it-tfal tal-Kindergarten kollha jibdew joħorġu fis-2.15p.m. Issa nitlob li intom tkunu puntwali biex ikunu ħarġu kollha sa x’ħin jibdew ħerġin il-kbar fis-2.25p.m.
Min ikun jixtieq għal xi raġuni jieħu t-tfal qabel, jista’ jagħmel dan wara li jiffirma karta għand Sonia jew Charles. Jekk tħossu li hemm xi tfal li għadhom mhux ippreparati biex joqgħodu dan it-tul ta’ ħin avviċinawni u nitkellmu. Jien nagħmel dak li hu għall-ġid ta’ uliedkom.
Dame Marianne Zammit
Kap tal-Iskola