Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

It-Tnejn 17 ta’ Diċembru

Nhar it-Tnejn li ġej tajjeb li t-tfal jiġu lebsin kif se jilbsu fil-concert peress li ser isir General Rehearsal.  Hekk inkunu nistgħu nikkalkulaw kemm ser idumu bejn item u ieħor.

It-Tlieta 18 ta’ Diċembru

Ser immorru naraw il-Film Brave is-Citadel Cinema.  Dakinhar kulħadd jilbes l-uniformi.

L-Erbgħa 19 ta’ Diċembru

Quddiesa fil-parroċċa t’Għajnsielem tal-Community Chest Fund.  Importanti li t-tfal kollha jkunu libsin full uniform peress li għal din il-quddiesa ser ikun hemm il-President tar-Repubblika u d-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni.

Il-Ħamis 20 ta’ Diċembru

It-tfal kollha tal-iskola se jieħdu sehem fil-Christmas Concert.  Intom ġentilment mitluba biex tkunu seated fis-sala tal-iskola fl-10.00a.m.  Dakinhar intom tidħlu fis-sala mill-bieb tas-sala stess.  Wara l-Concert intom mitluba tieħdu t-tfal id-dar magħkom peress li wara għandna Staff Meeting.

Il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru

Fid-9.00a.m. quddiesa fis-sala tal-iskola immexxija mill-Arċ. Dun Frankie Bajada.

Fil-11.00a.m. Party għat-tfal.

Vaganzi

Dawn jibdew mit-Tnejn 24 ta’ Diċembru.  It-tfal jiġu lura l-iskola nhar it-Tnejn 7 ta’ Jannar 2013.

Kunsill Skolastiku

F’Jannar se nibdew nilqgħu nominazzjonijiet għall-elezzjoni tal-Kunsill Skolastiku.  Nixtieq li ġenituri li għandhom ħin u lesti li jgħinu lill-iskola, jiġu juru x-xewqa tagħhom.  Dan il-Kunsill jiltaqa’ darba fix-xahar.  Napprezza li jkun hemm minn joffri dan is-servizz.

 

Xewqat sbieħ ta’ Milied Qaddis u Sena mimlija b’kull barka, saħħa, paċi u sliem ġejjin mingħandi, kif ukoll mill-Asst. Kap u l-istaff kollu tal-Iskola.

Christmas3

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s