Ċirkulari

Għeżież  Ġenituri,

Illum bl-għajnuna t’Alla bdejna l-Iskola wara l-vaganzi.

Tfal morda

Issa bdiet il-kesħa u t-tfal jibdew jimirdu. Ninnotaw li sikwit tfal li jkunu diġa’ bdew iħossu l-effett tal-influwenza jintbagħtu l-iskola xorta waħda. Dan mhux sewwa għax jista’ jkompli jixtered il-mard u anke jista’ jkollna nuqqas ta’ għalliema minħabba sick għax jimirdu mit-tfal. Għalhekk, tfal li jkunu bdew juru sintomi ta’ mard għandhom jinżammu d-dar mill-ewwel.

Nominazzjonijiet għal Kunsill Skolastiku

Din is-sena irid jinħatar Kunsill Skolastiku ġdid għas-snin 2013-2014. Il-Kunsill Skolastiku jkun iffurmat mill-Presidenta, minn 3 ġenituri ta’ tfal u 3 għalliema. Dan il-Kunsill jiltaqa’ darba fix-xahar. Jiġu diskussi ħafna mill-attivatijiet li jsiru fl-iskola, jintlaqgħu suġġerimenti u lmenti. Dawn il-ġenituri jirrappreżentaw lilkom ġenituri. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil Kunsill Skolastiku preżenti li dalwaqt jiġi xolt. Kien iffurmat mill-Presidenta Ms. Mary Scicluna, il-ġenituri Ms. Salvina Zammit, Ms. Doreen Dingli u Ms. Rachel  Sultana, mill-għalliema Mr. Etienne Vella, Ms. Vanessa Sciberras, Ms. Joyce Buttigieg. Grazzi mill-qalb lilkom ilkoll tas-servizz siewi li tajtu f’dan il-Kunsill. Ħdimna lkoll bħala team għal ġid tat-tfal kollha, u l-istaff kull min jiffrekwenta l-iskola tagħna. Dawn kienu ta’ għajnuna f’kull fund raising activities biex stajna nagħmlu proġetti fl-iskola. Grazzi lilkom ilkoll.

Nixtieq li min jista’ u għandu ċans jitfa’ n-nomina tiegħu biex jaħdem għal ġid tat-tfal.  Jekk jogħġobkom avviċinawni sal-20 ta’ Jannar. Napprezzaw li jkun hemm min jivvolontarja li jgħin.

Avviż Importanti

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Jannar it-tfal kollha tal-Iskola se jkollhom skola sa 12.00pm Intom mitluba li tiġu tiġbruhom dak il-ħin. Peress li ser isir taħriġ għall-għalliema kollha tal-iskola

Eżamijiet ta’ nofs is-sena.

Frar mhux ‘il bogħod. Il-vaganzi għaddew u erġgħu darru t-tfal ir-rutina tas-soltu. Importanti li jistudjaw ftit kuljum. Ħajruhom jaqraw imqar nofs siegħa qabel jorqdu.

2013 Half Yearly Exams Yr 4,5  – Timetable

2013 Half Yearly Exams Yr 6 – Timetable

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s