Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Kunsill Skolastiku

Nixtiequ ninfurmawkom li l-Kunsill Skolastiku għas-snin 2013 – 2014 ġie iffurmat.  Dawn huma l-membri:

President – Ms. Mary Scicluna

Segretarja/Teżoriera – Dame Marianne Zammit

Għalliema – Mr. Etienne Vella, Ms. Joyce Buttigieg, Ms. Vanessa Sciberras

Ġenituri – Mrs. Alison Bogdanovic,  Mrs. Mary Beth Cauchi, Mrs. Marcelle Xuereb

Nirringrazzjawhom tas-servizz li qed joffrulna u nawgurawlhom ħidma fejjieda.

Ritratti tal-Concert tal-Milied

Man-noticeboard tal-iskola waħħalna kopja tar-ritratti tal-Concert tal-Milied.  Min jixtieq jordna xi ritratti jista’ jimla formla milli hemm fl-envelope taħt dawn ir-ritratti u jgħaddiha lill-iskrivani flimkien ma’ 50c għal kull ritratt.

Coffee Morning

Nixtiequ infakkrukom li l-biljetti għall-Coffee Morning jistgħu jinkisbu mill-uffiċċju tal-iskrivani sa nhar il-Erbgħa 6 ta’ Frar 2013.  Aħsbu kmieni!!

Dance Fusion

Nhar ta’ Ġimgħa it-tfal tal-Year 2, 3, 4 u 5 huma mitluba li jiġu l-iskola bit-tracksuit u bil-papoċċ peress li qed isiru l-lezzjonijiet taż-żfin.

Class Photo

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar  2013 it-tfal kollha huma mitluba jiġu l-iskola full uniform peress li se nieħdu ritratt ta’ kull klassi jekk jippermetti t-temp.

Kinder Intake

Nixtiequ ninfurmaw lill-ġenituri li nhar it-Tnejn 4 ta’ Frar se nilqgħu magħna t-tfal li ser jibdew jattendu fil-Kinder 1.  Nawgurawlhom bidu skolastiku sabiħ.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s