Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Prosit u grazzi mill-qalb talli ġejtu bi ħġarkom għal Parents’ Day organizzata għalikom. L-attendenza tagħkom il-ġenituri tal-yr.1,  yr.2, yr. 3, yr. 4, yr. 5 u yr. 6 kienet tajba ħafna Fil-Kindergarten kienet tajba. Rajt il-progress u r-riżultati tat-tfal kollha waqt li ffirmajthom u ħadt ħafna pjaċir bir-riżultati sbieħ li ġabu. Kellhom marki tajbin ħafna. Prosit lit-tfal kollha u anke lilkom ġenituri li kontu hemm tgħinuhom u tinkuraġġuhom biex waslu sa fejn waslu. Ma rridx ninsa ngħid prosit lil għalliema kollha tal-impenn kontinwu li huma jwettqu fil-Klassi u tal-preparamenti li jagħmlu biex it-tagħlim ikun tal-aqwa livell.

 Qari 

Bi pjaċir ngħid li issa Pawlu qed jagħti servizz fil-librerija mill-Kunsill Lokali. Ftaħna bieb mill-kuritur tal-iskola biex l-istudenti ma joħorġux minn barra u hekk nhar t’Erbgħa l-istudenti kollha jistgħu jbiddlu l-kotba. Ħeġġu lil uliedkom jaqraw. Mill-qari jġibu l-ideat biex jiktbu komponimenti sbieħ fejn jużaw aġġettivi, idjomi, kliem ġdid li jkunu ltaqgħu miegħu f’dawn il-kotba. B’hekk itellgħu l-livell tal-kitba.

 Eżerċizzi tar-Randan

Bdew l-eżerċizzi tar-Randan fl-iskola tagħna. Qed isiru mid-Djaknu Gabriel Gauci. Tajjeb li f’dawn il-ġranet inħejju lit-tfal tagħna jagħmlu xi sagrifiċċju. Imbagħad l-Arċipriet se jieħu ħsieb il-Qrar nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu u l-għada fid-Duluri se jkollna quddiesa għat-tfal kollha.

 Hamper

Il-hamper tela’ bin-numru 67. Jekk jogħġobkom iċċekkjaw x’numri kellkom.

 M’għandniex skola

Nhar id-19 ta’ Marzu m’għandniex skola. Vaganzi tal-Għid jibdew fis-27 ta’ Marzu  u jispiċċaw fit-3 t’April. Nerġgħu lura l-iskola 4 t’April.

Yr. 6  Għażla ta suġġetti.

Ħriġna l- applikazzjonijiet għat-tfal  tal-yr. 6 biex jagħżlu s-suġġetti għas-sena skolastika li jmiss. Dawn jagħlqu għada. Jekk jogħġobkom ibagħtuhom għada mat-tfal tagħkom.

Toys u Soft Toys Użati

Min għandu xi pushchairs tal-pupa u xi bicycles użati li ma baqagħlux bżonnhom għax it-tfal kibru aħna napprezawhom biex nużawhom mat-tfal tal-Kinder. Naċċettaw ukoll puzzles tal-injam u soft toys. Grazzi.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s