Cirkulari lill-ġenituri

Għeżież ġenituri,

Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena

Nixtieq infakkarkom li l-eżamijiet ta’ nofs is-sena għat-tfal tal-Yr. 4, Yr. 5 u Yr. 6 se jibdew it-Tlieta 18 ta’ Frar. Ħeġġuhom jistudjaw u jagħmlu r-reviżjoni.  F’dawn il-ġranet it-tfal li jagħmlu l-eżami  biss imorru d-dar f’12.00p.m.

Parents’ Day

Il-Parents’ Day ser issir fis-7 ta’ Marzu l-ġurnata kollha. L-għalliema tal-klassi ser jagħtukom il-ħinijiet.  Dakinhar stess se tingħataw ir-riżultati t’uliedkom. Se nagħtukom ukoll għall-ewwel darba  l-karti tat-tifel jew tat-tifla biex teħduhom id-dar magħkom. Fil-kwiet tkunu tistgħu taraw fejn marru tajjeb uliedkom u fejn setgħu marru aħjar u tiddiskutuhom magħhom.  Importanti  li wara 3 ġimgħat it-tfal iridu jerġgħu jġibu l-karti tal-eżamijiet lura l-iskola biex jagħmlu l-korrezzjoni u reviżjoni mal-għalliema tal-klassi.   Importanti li dawn il-karti ma jintilfux għax dawn iridu jibqgħu l-iskola.  Persważa li intom responsabbli biżżejjed.

 Mard u Influwenza

 Jekk jogħġobkom  ġibu rispett lil xulxin.  Mhux sew li jintbagħtu tfal l-iskola bl-influwenza jew bid-dijareja. Huwa ħażin li mmardu tfal oħra.  M’aħniex se naċċettaw tfal bl-influwenza u  ġġibuhom għalxejn għax nerġa’ nibagħtuhom lura d-dar. It-tfal ta’ kulħadd huma għeżież f’għajnejna anke dawk li ma jifilħux u jiddispjaċini għalihom għax meta ġġibuhom morda nħoss li ma tħobbuhomx biżżejjed. Għax dakinhar posthom hu li   joqogħdu fis-sodda u jixorbu ftit brodu tajba.  Jekk jogħġobkom għallmu lil uliedkom jifflaxxjaw wara li jużaw it-toilet.  Il-purtinari wara kull brejk imorru jifflaxxjaw u jnaddfu t-toilet imma f’ħin ieħor uliedkom iridu jidraw jagħmlu dan. Toilet maħmuġ iġib il-mard kemm l-iskola kif ukoll id-dar.

 

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s