Ċirkulari lill-ġenituri 24 ta’ Marzu, 2014

Għeżież ġenituri,                                                                                

“Tablets”  għat-tfal tar-raba sena                                          

Bi pjaċir inħabbrilkom  li fis-sena skolastika li jmiss it-tfal tar-raba’ sena tal-iskola tagħna,  ser jingħatawlhom it-“tablets”.  Huwa unur għalina li aħna l-unika skola li  ġiet magħżula mill-Kulleġġ t’Għawdex għal-proġett pilota tat-“tablets” għat-tfal kollha tar-raba’ sena.  Dan kien mertu tal-għalliema tar-raba’ sena, Ms Charmaine Grech li wara”interview” li għamlet hi u l-kap tal-iskola ġiet magħżula l-iskola tagħna.  Ms Grech  flimkien mal-SMT ħadmu biex l-iskola tagħna tintgħażel għal dan il-proġett.  Għalhekk mis-sena d-dieħla t-tfal kollha tar-raba’ sena tal-iskola tagħna ser jingħataw “tablet” biex jużawh.

Breakfast Club                                                                  

L-istudenti kollha li applikaw għal Breakfast Club ikkwalifikaw biex dan jibda jingħatalhom.  Aktar dettalji dwar din l-attivita’ jingħatalkom fil-laqgħa li ser issir għalikom il-genituri li applikajtu nhar il-Gimgħa 28 ta’ Marzu fl-10.00a.m fl-iskola primarja tar-Rabat.  Aktar dettalji tajniehom lit-tfal tagħkom.

Science day in Gozo                                                          

It-tfal tas-sitt sena ser imorru l-ewwel il-Ministeru għal Għawdex , fejn ser jaraw is-‘science exhibition’ u wara ser imorru l-Għarb għall-hands –on  experience organizzata mill-Health and Safety.

Field Day                                                                    

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu t-tfal kollha mill-Kinder sal-Year 6 ser jieħdu sehem fil-field day li ser tiġi organizzata fl-iskola tagħna.  Importanti li f’dan il-jum it-tfal jiġu bil-P.E kit u jġibu beritta u flixkun ilma.

Nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu huwa Jum il-Ħelsien u għalhekk it-tfal m’għandhomx skola.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s