Grazzi mill-qalb li lkoll ikkoperajtu magħna għax it-tfal kollha reġgħu rritornaw il-karti tal-eżamijiet l-iskola. Nixtieq nisma’ minn għandkom jekk qbiltux ma’ din l-inizzjattiva jew le. Kien hemm vantaġġi li flejtu u rajtu l-karti jew le?
It-Tifel li sar papa
Se joħroġ ktieb b’rakkont ħelu għat-tfal dwar il-ħajja tal-Papa Ġwanni Pawlu II li se jkun qaddis fis-27 ta’ April 2014. Kitba ta’ Andrew Borg u b’illustrazzjonijiet kollha bil-kulur ta’ Nicole Darmanin. Jekk tordnawh issa mill-iskola, tistgħu tixtruh bil-prezz ta’ €6.00 qabel il-pubblikazzjoni. Wara, l-ħwienet se jbigħuh bi prezz ogħla.