Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Eżamijiet Annwali

Nerġa’ nfakkarkom li għada jibdew l-Eżamijiet Annwali għat-tfal tal-yr.4, 5, u 6. Għinuhom u ħeġġuhom biex jagħmlu l-aħħar sforz ħalli jgħaddu bħalma dejjem għaddew. Pero’ fehmuhom u daħħlulhom f’moħħhom li trid tistudja biex tgħaddi u trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek. Qed nerġa’ nibgħatilkom it-timetable.

Laqgħa Importanti għalikom għalliema u ġenituri

Ser issir laqgħa ta’ nformazzjoni dwar xoghlijiet li ser isiru fl-iskola tagħna matul is-Sajf. Rappreżentanti mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi ikun preżenti flimkien mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Meta:- Nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju 2014
Ħin:- 12.15pm
Post:- Fis-Sala tal-Iskola.

L-Aħħar Ġurnata tal-Iskola

L-Aħħar Ġurnata tal-Iskola għat-tfal hija nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju.

Qari waqt il-vaganzi

Filwaqt li nixtieq vaganzi sbieħ lil kulħadd fejn ikunu jiem ta’ mistrieħ. Importanti wkoll li ma tinsewx li t-tfal biex jirnexxu għandhom bżonn jaqraw anke fil-vaganzi tas-Sajf. Tħallux tfal jiġru barra waħedhom imma araw li jkunu okkupati jagħmlu xi ħaġa xi crafts jew xi hobby favorit tagħhom.

Ftuħ tal-Iskola

L-Iskola terġa’ tibda għat-tfal tal-Primarja nhar it-Tnejn 22 ta’ Settembru u tal-Kinder jibdew nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Ottubru 2014.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s