Bdejna sena skolastika ġdida

Għeżież Ġenituri,

Bl-għajnuna ta’ Alla bdejna sena skolastika ġdida. It-tfal reġgħu rritornaw l-iskola u magħhom żdiedu oħrajn. Illum bdew ukoll it-tfal tal-kindergarten. Din is-sena fl-iskola ġew t-tfal ġodda u fil-fatt għandna  125+2 = 127.

L-Istaff tal-iskola tagħna huwa ffurmat hekk:-

Kinder 1.1    Ms. Violet Portelli.

Kinder 1.2    Ms. Joyce Buttigieg.

Kinder 2       Ms. Carmen Mifsud.

Drama          Ms. Mary Theuma.

Year1           Ms. Carmen Cardona/Ms. Lorietta Buttigieg/Ms. Natasha Sultana.

Year 2          Ms. Isabelle Attard/Mr. Eric Xuereb.

Year 3          Ms. Marija Rita Vella/Ms. Janice Grech.

Year 4          Ms. Charmaine Grech/Ms. Carmen Joan Scicluna/Ms. Josephine Scicluna.

Year 5          Mr. Etienne Vella/Mr. Paul Tabone/Ms. Vanessa Sciberras.

Year 6          Ms. Silvana Agius/Mr. Paul Tabone/Ms. Melissa Grech.

Ma’ dawn hemm dawn l-għalliema tal-Peripatetic.

Ms. Frances Cauchi                       ICT

Mr. George Mizzi                           Drama.

Ms. Laura Rapa                             Music.

Mr. Paul Camilleri                          Health and Safety.

Mr. Victor Agius                             Art.

Ms. Jacqueline Camilleri               PSD.

Ms. Karen Borg                             PSD.

Ms. Sonia Zammit                         PE.

Ms. Mariosa Theuma                    Science.

Mr. Joseph Gatt                            Science

Ms. Joanna Buttigieg                    Catch Them Young

Mr. Donald Theuma Scerri          Guidance Teacher

L-għalliema, LSA’s ul- K’A’s huma lkoll professjonisti f’xogħolhom u se jagħmlu dak kollu possibbli biex uliedkom jimxu ‘l quddiem.  L-Asst. Kap Mr. Joseph Refalo flimkien miegħi se nagħtukom kull għajnuna u support.

Dħul u ħruġ fl-Iskola.

Kull min jiġi fl-iskola irid idoqq il-qanpiena biex niftħulu. Ma tistgħux tibqgħu sejrin fil-klassijiet. Trid tkellem lil Asst. Kap jew lili. Dan qed nagħmlu għall-ġid tat-tfal l-oħra. Ma jistax ikun li tidħlu fil-klassijiet t’uliedkom bla permess. Min jiġi għat-tfal qabel il-ħin jiġi fl-uffiċċju tal-iskrivani biex jiffirma li ħadhom.

Animal Awareness Day u Quddiesa tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru fis-1.15pm ser issir l-ewwel quddiesa fis-sala tal-Iskola. Il-ġenituri huma mistiedna li jattendu u jġibu magħhom il-pet tat-tfal biex wara l-quddiesa jiġu mbierka mill-Arċipriet fil-Hall stess. Kif tispiċċa ċ-ċerimonja tat-tberik tkunu tistgħu tieħdu t-tfal lura magħkom id-dar.

Laqgħat magħkom

Bħas-snin l-imgħoddija nixtieq li niltaqa’ magħkom fil-parents meeting li se ssir apposta mill-għalliema ta’ kull klassi.

Id-dati huma dawn:-

It-Tnejn 6 ta’ Ottubru 2014        Year 6     fis-1.30pm

It-Tlieta 7 ta’ Ottubru 2014        Year 4     fis-1.00pm. (Dakinhar se jqassmu t-tablets lit-tfal tagħkom).

L-Erbgħa 8 ta’ Ottubru 2014      Year 5    fis-1.30pm

It-Tnejn 13 ta’ Ottubru 2014     Year 3      fis-1.30pm

It-Tlieta 14 ta’ Ottubru 2014      Year 2     fis-1.30pm

L-Erbgħa 15 ta’ Ottubru 2014    Year 1    fis-1.30pm

Il-Ħamis 16 ta’ Ottubru 2014     Kinder 1,2    fis-1.30pm

Nixtieq ngħidilkom grazzi ta’ kemm qed tibgħatu lil uliedkom puliti u bl-uniformi nadifa. Hemm xi tfal li mhux qed jiġu b’żarbun iswed. Jekk jogħġobkom araw li tibgħatuhom bl-uniformi kompluta kif suppost.

Ma nixtieqx li t-tfal iġibu ħelu, juices jew croissants l-iskola. L-iskema tal-Frott u Ħaxix reġgħet bdiet. Tinsewx tapplikaw biex it-tfal ikunu jistgħu jieħdu dan il-frott b’xejn.

Infakkarkom fil-‘Breakfast Club’. Kull min jixtieq jista’ japplika jew iċempel l-iskola biex ngħinuh japplika.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s