Ċirkulari lill-ġenituri

Għeżież Ġenituri,

Nixtieq nirringrazzjakom li ġejtu bi ħġarkom għal-laqgħat li organizzajna għall-ġenituri ta’ kull klassi mill-Kinder sal-Year 6. Ftit kienu li m’attendewx u nispera li darb’oħra jagħmlu mill-aħjar biex jattendu biex ikunu jafu x’qed jiġi mgħallem fil-klassi tat-tfal tagħkom.

DATI IMPORTANTI

STAFF MEETING

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru ser ikollna Staff Meeting. Għalhekk dakinhar it-tfal jispiċċaw skola f’nofsinhar. (12.00pm)

VAGANZI MID-TERM

It-Tnejn 3 ta’  Novembru u t-Tlieta 4 ta’ Novembru huma vaganzi.

UNIFORM FREE DAY

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru se tkun ġurnata fejn it-tfal jistgħu jiġu mingħajr uniformi.  Dawk it-tfal li jiġu mingħajr uniformi mitluba jagħtu donazzjoni ta’ 50c. Min irid jista’ wkoll jixtri hotdog ippreparat fil-kitchen lab tal-iskola għall-prezz ta’ €1. Intom mitluba ġġibu l-flus mhux iktar tard minn nhar l-Erbgħa 5 ta’ Novembru 2014. Din mhix ħaġa ta’ bilfors iżda min iħoss li għandu jgħin jista’ jgħin. Grazzi.

PARENTS’ EVENING

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru ser issir Parents Evening. Intom mitluba tiġu l-iskola mill-4.00pm sas-6.00pm biex tkunu tistgħu tkellmu lill-għalliema tat-tfal tagħkom dwar il-progress ta’ wliedkom. L-għalliema se jagħtukom appuntament x’ħin tiġu biex tkellmuhom. Dakinhar it-tfal jispiċċaw l-iskola f’nofsinhar (12.00pm).

CELEBRATION DAY (PRIZE DAY)

Ser issir nhar it-Tlieta 16 ta’ Diċembru 2014. Il-ħin u aktar dettalji jingħataw meta jibda joqrob iż-żmien. Din is-sena l-musical se jkun b’tema fuq il-Milied u ħa sservi wkoll bħala Kunċert tal-Milied. Kulħadd mistieden dakinhar. Ħallu din id-data libera biex tkunu tistgħu tattendu.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s