Ċirkulari – Attendenza

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

Qabelxejn nilqgħukom għal sena skolastika ġdida. Din is-sena d-Direttorati tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nedew dokument dwar l-attendenza bi proċeduri ġodda li kollha jridu jiġu osservati minn kulħadd għall-benefiċċju tal-istudenti. Is-sehem tagħkom fil-ħajja edukattiva ta’ wliedkom hija importanti ħafna għalhekk intom ġentilment mitluba biex timxu ma’ dawn il-proċeduri:

1. Intom il-ġenituri/kustodji għandkom iċċemplu u wara tippreżentaw nota bil-miktub lill-Kap tal-Iskola fejn tridu tagħtu r-raġuni għaliex it-tifel1 tagħkom ma setax jattendi l-iskola. Trid tingħata ġustifikazzjoni għal kull ġurnata li fiha t-tifel ifalli l-iskola. Intom mitluba li, fejn hu possibbli, tipprovdu dokumenti li jivvalidaw ir-raġuni mogħtija. Il-Kap tal-Iskola, imbagħad, jinfurmakom jekk il-ġustifikazzjoni mogħtija ġietx aċċettata jew le.

2. Jekk il-ġustfikazzjoni tan-nuqqas ta’ attendenza ma tiġix aċċettata mill-Kap tal-Iskola t-tfal jitniżżlu bħala assenti. Meta jgħaddu disat ijiem mingħajr ma tingħata raġuni valida tal-assenza tat-tfal, jittieħdu aktar miżuri

3. Jekk it-tifel tagħkom mhuwiex jattendi skola għax jinsab ma jiflaħx, ċertifikat mediku għandu jiġi ppreżentat jekk it-tifel jkun marid aktar minn tlett ijiem. Jekk it-tifel ikun ma jiflaħx għal inqas minn tlett ijiem, nota bil-miktub għandha tkun biżżejjed. Madanakollu, il-Kap tal-Iskola jista’ jitlob ċertifikat mediku għal inqas minn tlett ijiem meta dan jara li jkun fl-aħjar interess tat-tfal. Iċ-ċertifikat mediku għandu jiġi ppreżentat fi żmien tlett ijiem minn meta t-tifel jirritorna l-iskola. Jekk l-istudent jibqa’ marid għal ħamest ijiem konsekuttivi, iċ-ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat eżatt wara li jgħaddu dawk il-ħamest ijiem. Huwa importanti li t-tabib tal-familja li joħroġ iċ-ċertifikat mediku jimla wkoll il-Medical Certificate Record Card li trid tingħata lill-iskola flimkien maċ-ċertifikat mediku.

4. Mhux se jibqa’ jingħata permess lill-istudenti biex imorru btala waqt il-jiem tal-iskola. Dawn se jibdew jitniżżlu bħala assenti. Huwa biss f’każijiet fejn l-istudent ikun mistieden biex jagħmel żjara b’għan edukattiv fejn se jingħata l-permess wara li d-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati lill-iskola. F’każijiet fejn ikun hemm raġuni familjari għandha wkoll tiġi ppreżentata ġustifikazzjoni bil-miktub lill-Kap tal-Iskola, li jinfurmakom jekk ir-raġuni mogħtija ġietx aċċettata jew le.

5. Jekk intom eleġibbli għall-Benefiċċju Supplimentari tat-Tfal kunu afu li nuqqas ta’ attendenza ġustifikata se titqies bħala parti mill-95% attendenza. Dawk il-ġranet biss li ma jkunux koperti b’raġuni valida se jitniżżlu bħala assenti.

6. Kif stipulat fl-Att dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 357 Artiklu 2, l-età obbligatorja ta’ kull student li jibda jattendi l-iskola hi minn 5 snin. Għalhekk il-ġenituri ta’ dawk l-istudenti li jagħlqu 5 snin waqt li jkunu qed jattendu l-Kinder 2 iridu jsegwu l-proċeduri msemmija f’din l-ittra.

7. Meta student jagħlaq 16-il sena wara li jkun beda l-Ħames Sena Sekondarja dan huwa legalment obbligat li jispiċċaha.

Il-kollaborazzjoni tagħkom biex dawn il-proċeduri jiġu segwiti hija ħafna apprezzata għall-ġid ta’ kull student.

Grazzi tas-sapport kontinwu tagħkom,

Is-Sur George Borg u s-Sur Ian Mifsud

Diretturi Ġenerali

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s