Ċirkulari – Novembru 2014

Għeżież Ġenituri,

PARENTS EVENING GHALL-KINDER U L-YEAR 6

Nixtieq infakkarkom li għada l-Ġimgħa 14 ta’ Novembru t-tfal kollha mill-Kinder sal-Year 6 ser ikollhom skola sa 12.00pm u filgħaxija intom mitlubin li tattendu għall-Parents Evening mill-Kinders sal-Year 6 biex tiddiskutu l-progress ta’ wliedkom.

Nixtieq narakom ilkoll. Ippruvaw żommu l-ħin li tawkom l-għalliema tat-tfal tagħkom.

KUNSILL SKOLASTIKU

Din is-sena jmiss l-elezzjoni tal-Kunsill Skolastiku ġdid. Nixtieq nirringrazzja lill- Kunsill Skolastiku li kien ifffurmat mill-Presidenta Mary Scicluna, l-għalliema Mr. Etienne Vella, Miss Vanessa Sciberras u Miss Joyce Buttigieg u lill-ġenituri Ms. Marcelle Xuereb, Ms. MaryBeth Cauchi u Ms. Alison Bogdanovic. Wettqu ħafna xogħol siewi kemm biex tejjibna l-iskola kif ukoll organizzajna attivitajiet li bihom gawdew l-istudenti kollha.

Nixtieq inħeġġeġ xi ġenituri li jkunu lesti li darba f’xahar niltaqgħu mis-1.00pm sas-2.15pm għal laqgħat tal-kunsill. Napprezzaw ħafna li kull meta norganizzaw xi attivita’ għall-ġenituri toffru l-għajnuna tagħkom. Min hu nteressat jista’ jikkuntattjana għada waqt il-Parents’ Evening.

FEBRUARY INTAKE

Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħlqu 3 snin sal-aħħar t’April jistgħu jiġu jiktbu lit-tfal biex jibdew jattendu l-iskola fl-1 ta’ Frar. Min diġa’ nkiteb m’hemmx għalfejn jerġa’ jinkiteb.

JUM IĊ-ĊELEBRAZZJONI

Nixtieq nerġa’ nfakkarkom li Jum iċ-Ċelebrazzjoni huwa fis-16 ta’ Diċembru Ħallu din il-ġurnata libera ħalli tifirħu ma’ wliedkom li lkoll se jieħdu sehem.

BETLEHEM F’GĦAJNSIELEM

Din l-attivita’ se ssir fis-17 u fit-18 ta’ Diċembru u xi studenti se jieħdu sehem bħas-soltu.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s