Ċirkulari lill-ġenituri Marzu 2016

Se nagħtikom  ‘feedback’ ta’ dak li sar fi Frar:-

  • Eżamijiet ta’ nofs is-sena It-tfal tal-iskola tagħna marru tajjeb ħafna fl-eżamijiet ta’ nofs is-sena. L-eżamijiet ma kinux ħfief speċjalment tal-Matematika li din is-sena kien fiha għall-ewwel darba somom ta’ nvestigazzjoni. Minkejja dan, l-istudenti għamlu ħilithom waqt l-eżami u ġabu marki tajbin. Minkejja li studenti fi skejjel oħra ħarġu jibku wara l-eżami, tagħna għaddew. Inħossni kburija bl-għalliema li ppreparawhom, LSA’s tagħhom, bikom ġenituri li tagħmlu kull sagrifiċċju biex tgħinuhom u tmexxuhom ‘il quddiem fl-edukazzjoni tagħhom.
  • Parents’ Day Ħadt ħafna pjaċir li lkoll kemm intom ġejtu għall-Parents’ Day biex taraw kif marru fl-eżamijiet. Erġajna tajnikom il-karti tal-eżamijiet mar-riżultat biex tkunu tistgħu taraw b’għajnejkom it-tfal tagħkom fejn marru tajjeb u fejn iridu jimpruvjaw. Grazzi li lkoll erġajtu bgħattu l-karti tal-eżamijiet lura l-iskola!
  • Seħer l-Istejjer u AQRA MIEGĦI. Prosit talli intom ġenituri tal-Kinder 2 u Year 1 tiġu biex taraw lil uliedkom jaqraw. Naf li llum ħafna mill-ġenituri jaħdmu u qed jiswielkom sagrifiċċju.

Qed jiġu wkoll numru sostanzjali ta’ ġenituri ta tfal minn 0 sa 3 snin.

Dan kollu qed isir biex imbagħad waqt li tkunu d-dar tħeġġuhom jaqraw u tagħmlu l-istess ma’ wliedkom u taqrawhom.

  • Principal’s Day Il-Prinċipal qatta ġurnata l-Iskola tagħna u kien sodisfatt bit-tagħlim akkademiku li qed nagħtu lil uliedkom fdak li hu Literacy, Numeracy, bżonnijiet lit-tfal li għandhom dyslexia, u anke dawk bi bżonnijiet speċjali.

QUESTIONNAIRES

Nixtieq ngħid grazzi lilkom li rrispondejtu l-‘questionnaires’ li bgħattilkom. Ħadt pjaċir li uliedkom jiġu għal qalbhom l-iskola u ħadt pjaċir iżjed bil-kummenti tagħkom. Uħud minnhom ġa bdejt nimplimentahom. Aktar ‘il quddiem ngħidilkom x’sar sa issa u x’behsiebni nibda nagħmel fil-ġejjieni qarib fuq dak li ktibtu intom.

EŻERĊIZZI TAR-RANDAN

Minn nhar it-Tnejn se jibdew l-Eżerċizzi tar-Randan fl-Iskola tagħna. Dawn se jsiru mid-Djaknu  Massimo Buttiġieġ.

STAFF MEETING

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu għandna ‘Staff Meeting’ u t-tfal kollha għandhom skola sa nofsinhar.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s