Ċirkulari tal-ġenituri – Mejju 2016

Għeżież ġenituri,

Grazzi mill-qalb

Bħalma konna diġa’  infurmajnikom dan l-aħħar tlett ijiem kellna External Review u morna tajjeb ħafna.  Qalulna li għandna skola tajba, immexxija tajjeb, għalliema u KA’s professjonali, u LSA’s iddedikati.  Sarulna spezzjonijiet minn uffiċċjali oħra tat-Taqsima tal-Indafa u sabu l-iskola nadifa.  Dan huwa mertu ta’ ‘teamwork’ kbir li għandna fl-iskola.  Inħossni kburija bikom ilkoll u ta’ dan grazzi ħafna.  Grazzi ukoll lilkom ġenituri li ikkoperajtu u mlejtu l-kwestjonarju li ntbagħat Malta.  Il-‘feedback’ li ingħatajt kien li intom ferħanin bl-andament tal-iskola tagħna.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd.  Dan jinkuraġġina biex inkomplu naħdmu aktar għal ġid ta’ uliedkom.

Coffee Morning

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Mejju l-Kunsill Skolastiku ser jorganizza ‘Coffee Morning’ l-iskola tagħna, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm.  Il-klassijiet kollha tal-Kinder, Yr1, Yr2, Yr3 u Yr4 ser jieħdu sehem.  Il-biljetti jinkisbu mill-uffiċċju tal-iskrivani għal prezz ta’ €2.50.  Jekk hemm xi ħadd li jixtieq jagħti xi ‘spot prizes’ għal dan il-‘Coffee Morning’ ikun ferm apprezzat.

Fun Day

Nixtieq ninfurmakom li d-data li tajnikom tal-‘Fun Day’ fil-‘Calendar of Events’ kellha tinbidel .  Għalhekk ‘Fun Day’ ser issir it-Tnejn 16 ta’ Mejju, 2016.  Ser ikun hemm ħafna sports u ‘water games’.  Ser jiġi offrut Chicken  Hot Dog b’xejn lit-tfal kollha tal-iskola u lill-istaff kollu.  Dan il-ġest qed isir mill-kap tal-iskola bħala apprezzament ta’ kemm irsistew it-tfal u għax-xogħol u l-koperazzjoni li nsib mingħand l-istaff kollu.

Dame Marianne Zammit

Kap tal-iskola

DSCF8613[1]DSCF8614[1]

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s