Illum 21 t’Ottubru fl-iskola tagħna ġiet organizzata ġirja/mixja bħala attivita’ għal ‘Pink October’ biex jinġabru fondi għal ‘Community Chest Fund’. It-tfal kienu mitluba jiġu b”t shirt’ roża. Saret mixja/ġirja madwar ir-’roundabout’ ta’ fejn l-iskola, maġenb il-knisja, għal quddiem il-każin tal-futbol u tal-banda u lura lejn l-iskola. Kien hemm ukoll xi ġenituri li pparteċipaw f’din l-attivita’. Is-somma miġbura kienet ta’ 373 ewro. Din ser tingħata lil ‘Community Chest Fund’. Grazzi lil pulizija li ħadu ħsieb iżommu t-traffiku waqt din l-attivita’. Prosit u grazzi lil kulħadd tal-ġenerożita’ tagħkom.
Advertisements