Policies

Addressing Bullying Policy

Click here to access the National Bullying Policy.

Attendance Policy

Click here to access the National Attendance Policy.

Code of Ethics

Kulleġġ ta’ Għawdex, Skola Primarja Għajnsielem

 It-Tagħlim Tajjeb: L-Għajn tas-Sliem

Triq J.F. De Chambray,  Għajnsielem Għawdex

Tel: 21553548 , 79553548

Email: gc.ghajnsielem.pr@ilearn.edu.mt

Website:  https://ghajnsielemprimary.wordpress.com

 

KODIĊI TA’ MĠIEBA  TAJBA

SCHOOL POLICIES

L-Iskola mhix qiegħda biss biex fiha nitgħallmu l-Ingliż, il-Matematika u suġġetti oħra. Iktar minn hekk l-iskola trid tittrenja lit-tfal biex isiru bnedmin maturi b’rispett lejhom infushom, lejn min imexxihom u lejn xulxin. Fl-iskola tagħna nimxu fuq l-eżempju tas-Surmast Anton Cassar li mhux biss kien iħobb l-istudju imma kien iħobb lil Għajnsielem u kien dejjem lest li jaqdi lil kulħadd. Huwa kien bniedem reliġjuż, nadif, edukat u puntwali u jagħmel kollox f’ħinu u f’waqtu u baqa’ jistudja u jitgħallem sa ma miet.

 1.Ħinijiet tal-iskola

L-Iskola tibda fit-8.30am. L-istudenti m’għandhomx jidħlu l-iskola qabel iddoqq il-qanpiena fit-8.25am. Immedjatament isibu posthom għall-assembly. Ħadd m’għandu permess jidħol fil-klassi qabel l-assembly. Logħob u ġiri ‘l hawn u ‘l hemm qabel l-assembly m’huwiex permess. L-ewwel break huwa bejn l-10.10am u l-10.30am waqt li t-tieni break huwa bejn in-12.30pm u s-1.00pm. Fiż-żewġ breaks m’hux permess l-ikel ħlief fil-klassijiet u dan biss x’ħin jgħid l-għalliem/a. Meta jwasslu t-tfal l-iskola jew jiġu għalihom wara nofsinhar il-ġenituri jistgħu jidħlu biss sal-kuritur tal-uffiċċji. Jekk jieħdu t-tfal qabel il-ħin li tispiċċa l-iskola il-ġenituri iridu jiffirmaw reġistru apposta. Din il-proċedura issir ukoll meta l-istudent/a ma jkunx jiflaħ u ninfurmaw lill-ġenituri biex jiġu għalih/a qabel il-ħin li tispiċċa l-iskola.

Fit-8.45am il-bieb ta’ barra jingħalaq. Min jiġi tard għal aktar minn tlett darbiet, jitniżżel fuq ir-reġistru tal-black book. Dan ir-regolament ma jgħoddx għal min ikollu appuntament mediku. F’dan il-każ min jiġi tard, irid iġib nota mill-isptar/klinika/tabib biex juri għaliex ġie tard. F’Ġunju l-iskola tispiċċa fil-12.15pm.

2.  Uniformi

 Uniformi tal-Kulleġġ

  • Kalzetti Bojod/Blu
  • Żarbun Iswed
  • Tennis Shoes Abjad
  • Berritta tal-Kulleġġ
  • P.E. kit tal-Kulleġġ
  • Ġakketta tal-Kulleġġ
  • Il-bniet li jilbsu l-imsielet jistgħu ikunu biss studs (buttun)
  • Dwiefer artifiċjali, nail polish u kull tip ta’ make up ieħor m’huwiex permess.
  • L-ebda student m’għandu jiżbogħ ix-xagħar.
  • Il-bniet li għandhom xagħarhom twil għandhom iżommuh dejjem miġbur u kulħadd hu obbligat li jżomm xagħaru nadif biex jiġu evitati in-nits.
  • F’kaz ta nits l-istudent/a ma jistax jiġi l-iskola qabel jitnaddaf sewwa u sakemm ma jġibx ċertifikat mit-tabib tal-iskola.
  • Aċċessorji tax-xagħar għall-bniet (hair bands etc) għandhom ikunu ta’ kulur blu/isfar
  • Is-subien għandhom iżommu xagħarhom qasir u mhux b’xi qtugħ ta’ forom jew linji.
  • Kull item ta’ l-uniformi għandu jkollha label ċara bl-isem u l-kunjom tal-istudent/a.

L-iskola ma tistax tidħol responsabbli għall-tibdil ta’ items tal-uniformi minn student għall ieħor. Il-berritta tal-uniformi għandha biss tintlibes mal-uniformi.

  • Is-subien m’għandhomx permess jilbsu msielet u l-bniet jistgħu jilbsu par imsielet wieħed waħda f’kull widna u fl-ebda parti oħra tal-ġisem.
  • L-iskola ma tidħolx responsabbli għal telf ta’ msielet, arloġġi tal-idejn jew  oġġetti oħra tal-idejn. Ċrieket, ċappetti u brazzuletti m’humiex permessi. Katina hija permessa biss minn taħt l-uniformi b’xi domna

 

   3  Kif inġibu ruħna mas-Superjuri Tagħna

L-istudenti għandhom iqisu lil għalliema, LSA’s kollha tal-iskola anke dawk li ma jgħallmuhomx bħala superjuri tagħhom. Huma m’għandhom qatt jindirizzawhom ħlief bil-kliem: “Madam”, “Teacher”, “Sir”, “Miss” jew “Mr”. Meta jiġu biex jidħlu minn bieb etc. għandhom dejjem iċedu l-ewwel lit-teachers. L-istudenti il-kbar għandhom dejjem iċedu lil istudenti iżgħar minnhom. Meta jidħol il-Kap tal-Iskola jew l-Assistent Kap f’xi klassi it-tfal għandhom iqumu bil-wieqfa isellmu lil min daħal u ma joqgħodux bil-qiegħda qabel jgħidilhom l-għalliem.

   4     Imġieba waqt l-Assemblies

Waqt l-assembly kulħadd irid joqgħod dritt u jħares ‘l quddiem. Dan jgħodd speċjalment waqt il-kant tal-Innu Malti. Imġieba ħażina waqt l-Innu Malti hija meqjusa bħala offiża kbira.

5     Imġieba fil-klassi

Hu mistenni, mill-istudenti kollha li jġibu ruħhom b’mod tajjeb u juru rispett lejn in-nies kollha u lejn il-proprjeta’ fl-iskola. Mhux aċċettat li student itellef fil-klassi, jgħajjat, joħroġ mill-klassi mingħajr permess, u juri nuqqas ta rispett lejn l-għalliema u l-adulti oħra fl-iskola jew lejn studenti oħra, jitlajja, jagħmel xogħol b’negliġenza, jiġġieled, juża lingwaġġ ħażin, jilgħab goff, jitfa’ oġġetti lejn l-oħrajn, jibbullja lil xi ħadd u jinvolvi ruħu f’atti ta’ vandaliżmu jew ibbuljar.

Mhux permess li jinġiebu l-iskola mobile phones, tablets, MP3 players, discman, cameras tar-ritratti u apparat ieħor ħlief bil-permess tal-għalliem/a tal-klassi. Jekk dawn jinġiebu bla permess jistgħu jiġu kkonsfiskati.

Fil-basket tal-iskola u fil-pencil case m’għandhomx jinżammu affarijiet bla bżonn. B’mod li jtaqqluh għalxejn. Il-basket tal-iskola għandu jinżamm dejjem pulit, ordinat, u nadif. Kulħadd għandu jġib miegħu maktur nadif jew pakkett tissues ġodda. Jistgħu isiru spezzjonijiet għal għarrieda tal-kontenut tal-basket tal-iskola mill-Kap tal-Iskola jew għalliema mqabbda minnha.

Ħadd m’għandu jarmi xejn fl-art. L-iskart għandu jiġi sseparat kif suppost u  jinġabar fil-bins li hemm taħt it-taraġ. Batteriji użati jinġabru hemmhekk ukoll.    

  1. L-imġieba fil-grawnd

          Kodiċi ta mġieba

  1. Kliem baxx jew ħażin u iktar w iktar dagħa u li wieħed jobżoq huwa assolutament ipprojbit.
  2. L-ebda student ma jista’ jilgħab fil-grawnd jekk mhux taħt is-superviżjoni ta’ xi għalliem.
  3. Fil-grawnd kulħadd għandu joqgħod attent għas-saħħa tiegħu u ta’ l-oħrajn u li ma ssirx ħsara fil-propjeta’ tal-iskola
  4. Ħsara aċċidentali fi proprjeta’ tal-iskola għandha tiġi rrapurtata mill-ewwel lill-Kap tal-Iskola. Min jinstab ħati li għamel xi ħsara apposta irid iħallas l-ispejjeż u tinħariġlu irċevuta mill-Uffiċċju tal-Kap tal-Iskola.
  5. Min jinqabad jiġġieled jew joħloq l-inkwiet fil-grawnd jitkeċċa mill-grawnd. F’kas ta’ diffikulta waqt il-logħob il-kwistjoni għandha tiġi rrapurtata mill-ewwel lill-għalliem/a.

7.  Imġieba fil-kurituri

Fil-kurituri m’għandux isir ġiri u meta nkunu fi grupp għandna nimxu wara xulxin.

 8.  Imġieba fit-toilet

Wara li student/a juża t-toilet huwa obbligat li jifflaxxja u jaħsel idejh tajjeb. It-toilet m’hux post ta’ logħob. Mhux permess it-titjir tal-ilma. Meta wieħed juża t-toilet huwa obbligat li jħalli l-post nadif għal ta’ warajh.

 9.  Healthy Eating         

  1. Kull student għadnu jġib miegħu mid-dar ikel u xorb biżżejjed għal matul il-ġurnata tal-iskola. Dan għandu jinġieb f’lunch box apposta li tkun tista’ tinħasel. Kulħadd għandu jġib sarvetta miegħu. Fliexken tal-plastik li jingħalqu tajjeb biss huma permessi
  2. Mhux permess li jinġieb l-iskola chewing gum, ħelu, ċikkulati jew boroż. Juices, Soft Drinks, Ice Tea u xorb ieħor li fih iz-zokkor m’huwiex permess ħlief f’każijiet ta’ studenti dijabetiċi. Dawn il-każijiet iridu jiġu infurmati bihom il-class teacher u l-SMT fil-bidu tas-sena skolastika. L-Istudenti għandhom dejjem iġibu magħhom ta’ lanqas frotta waħda. L-ebda xorb ma huwa permess ħlief ilma naturali (b’xejn miżjud miegħu).
  3. L-Istudenti għandhom jidraw li jieklu l-kolazzjon kollu. Rimi ta’ ikel tajjeb huwa assolutament ipprojbit. Min ma jiekolx il-lunch kollu għandu jieħdu lura d-dar.

 10.  Kotba u pitazzi         

  1. Dawn għandhom jinżammu dejjem indaf.
  2. Il-Kotba tal-iskola għandhom ikunu miksija bil-plastic jew brown paper.
  3. Ħadd ma jista’ jħażżez la bil-lapes u lanqas bil-biro fuq il-kotba tal-iskola. Minn żmien għal żmien isiru spezzjonijiet tal-kotba tal-Iskola. Min jinqabad li jagħmel il-ħsara irid iħallas il-ktieb.

 11      Homework         

  1. Dan għandu jsir kuljum u jingħata lill-għalliem/a fil-ħin
  2. Qari ta’ kotba ukoll huwa mitqies bħala homework u għandu jittieħed b’serjeta kbira.
  3. Meta student ma jġibx il-homework fil-ħin u kif suppost dan jiġi meqjus bħala mġieba ħażina. 

12      Meta tfalli minħabba mard         

Min ifalli l-iskola għal xi raġuni jew oħra għandu javża lill-iskola permezz tat-telefon dakinhar stess mhux aktar tard mid-9.00am. F’kas ta’ mard sa tlett ijiem il-ġenituri iridu jinfurmaw l-iskola bit-telefon u jibgħatu nota lill-class teacher.

F’kas ta mard għal aktar minn tlett ijiem għandu jsir ċertifikat tat-tabib u dan jintbagħat l-iskola sa mhux aktar tard minn erbat ijiem minn meta jibda’ l-mard. X’ħin jispiċċa l-mard l-ġenituri huma mitluba li jġibu ċ-ċertifikat jew nota flimkien mal-medical certificate record card fl-uffiċċju tal-iskrivani biex din timtela mill-iskrivani u terġa’ tingħata lura lill-ġenituri.

Biex ma jinxteridx il-mard, matul il-marda m’għandhomx jintbagħtu pitazzi u kotba mill-iskola lejn id-dar jew bil-kontra. Il-ġenituri iżda jistgħu jikkomunikaw mal-iskola jew mal-għalliem/a tal-istudent bit-telefon waqt li l-istudent ikun marid biex jingħataw il-homework. Dan jiġi kkoreġut wara li l-istudent/a ifieq u jirritorna lura l-iskola. 

13         Meta tfalli minħabba safar         

Jekk jista’ jkun għandu jiġi evitat safar fi żmien l-iskola. Is-safar għandu jitħalla għall-vaganzi. Kwalunkwe safar minbarra f’kas ta’ safar għal kura ta mard tal-istudent/a irid jiġi approvat mill-Kap tal-Iskola u mill-Kap tal-Kulleġġ. Dan anke japplika għall-każijiet ta’ safar relatat ma kultura. F’kas li jiġi approvat kopja ta’ din l-approvazzjoni flimkien mal-biljett jew xi dokument ieħor mingħand l-aġenzija tal-ivvjaġġar għandu jinġieb l-iskola biex tittieħed kopja tiegħu u tinżamm l-iskola fil-file tal-istudent/a. Dan għandu jsir tal-anqas ġimgħa qabel jibda l-vjaġġ. 

14           Respect for All – Dixxiplina             

  1. Respect for All File – F’dan il-file jinżammu l-formoli ta’ każijiet ta’ mġieba mhix xierqa bħal bullying.  Dawn il-formoli jitniżżel fihom l-azzjoni meħuda, is-sapport li jintalab u kull korrispondenza dwar il-kas. Ksur tar-regolamenti tal-iskola jew imġieba ħażina oħra li ssir fil-klassijiet jew f’kull parti oħra tal-iskola jew viċin l-iskola titniżżel fuq dan il-ktieb mill-għalliema jew mill-amministrazzjoni. Jitniżżlu wkoll il-passi dixxiplinarji li jkunu ttieħdu. Din l-informazzjoni tintuża bħala rekord tal-istudent/a u jista’ ikollha effett fuq l-iSchool Leaving Certificate.
  2. Kull għalliem għandu jżomm rekord tal-imġieba tal-istudent/a. F’ċerti każijiet il-Kap tal-Iskola għandha mnejn tordna sospensjoni ta’ student mill-iskola għal ġurnata jew aktar skond ir-reat. F’dan il-kas il-ġenituri jiġu avżati minn qabel permezz tat-telefon.  

15            Viżitaturi

  1. Biex tidħol l-iskola trid tkun liebes onest.
  2.  It-tipjip fl-iskola huwa assolutament ipprojbit.
  3.  Ħadd ma jista’ jmur ikellem lill-għalliema jew lil xi membru ieħor tal-     istaff mingħajr il-permess tal-Kap tal-Iskola.
  4. Mhux permess li l-ġenituri jċemplu d-dar jew fuq il-mobile lill-għalliema tat-tifel/tifla tagħhom jew li jitkellmu magħhom dwar kif sejjer it-tifel tagħhom fix-xogħol tal-iskola barra mill-iskola.

GRAZZI TAL-KOOPERAZZJONI TIEGĦEK

Dame Marianne Zammit

Kap tal-Iskola

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s