Ċirkulari

Għeżież Ġenituri,

Nixtieq ngħidilkom prosit lilkom ġenituri kemm qed tibagħtu t-tfal tagħkom l-iskola nodfa, puliti u sbieħ, kulħadd bl-uniformi.  J’Alla nibqgħu hekk is-sena kollha.  Kif rajthom l-ewwel ġurnata għat-talba ħassejtni kburija li ġejt fostkom.

Bdejna sena ta’ ħidma għall-ġid ta’ uliedkom.  Nixtieq nirringrazzja lil ex-Kap Pauline Grech tal-ġid kollu li għamlet ma’ wliedkom u nawgurawlha fix-xogħol impenjattiv li daħlet għalih.  Nirringrazzja wkoll lil Asst. Kap Mr. Anthony Refalo tas-servizz li ta f’din l-iskola u nawgurawlu fl-iskola l-ġdida.

Laqgħat magħkom

Beħsiebni niltaqa’ magħkom ilkoll fil-parents meeting li se jkunu mqassmin fuq diversi ġranet skont il-Years tagħhom.  Qed nerġa’ nagħtikom id-dati biex infakkarkom.

Year 6                It-Tnejn 10 ta’ Ottubru

Year 5                It-Tlieta 11 ta’ Ottubru

Year 4                L-Erbgħa 12 ta’ Ottubru

Year 3                Il-Ħamis 13 ta’ Ottubru

Year 2                Il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru

Kinder 1 & 2      It-Tnejn 17 ta’ Ottubru

Year 1                It-Tlieta 18 ta’ Ottubru

Il-ħin ikun fis-1.00p.m. fil-kamra ta’ ħdejn l-uffiċċju tal-Kap tal-Iskola.

 School Fruit Scheme  

Qed nibgħatilkom applikazzjoni tal-Iskema Frott u Ħaxix.  Ta’ kull sena t-tfal kollha jistgħu jieħdu frott u ħaxix frisk b’xejn darba fil-ġimgħa.

 Kull ma tridu tagħmlu timlew l-formola u tibagħtuha mat-tfal l-iskola sa għada il-Ġimgħa.  Importanti: Jekk hemm xi tfal li huma allerġiċi għal xi frotta jew ħaxix,  iktbu ħalli dakinhar jingħataw xi ħaġa oħra.

Nixtieq li lkoll japplikaw għax il-frott u ħaxix hu tajjeb ħafna għal saħħitna.

Interactive White Boards

F’kull klassi twaħħlu interactive white boards.  Innotajt b’sodisfazzjoni li l-għalliema tal-iskola tagħna bdew jużawhom għal-lezzjonijiet mill-ewwel ġurnata.  Kburija li għandna għalliema tajbin u ta’ xogħolhom.  Please ikkoperaw magħhom għall-ġid ta’ uliedkom.  Araw li l-homework li jingħataw isir u ħeġġuhom jaqraw.

Tberik tal-Annimali

Għada il-Ġimgħa hija Animal Awareness Day u fl-10.30 a.m. se jitbierku l-annimali ta’ wliedkom.  Intom ilkoll mistiedna tattendu għal din iċ-ċeremonja u wara tieħdu l-pets magħkom lura d-dar.

It-Tlieta 25 ta’ Ottubru

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Ottubru t-tfal għandhom skola sa 12.00p.m. (nofsinhar) peress li aħna l-għalliema se jkollna laqgħa dwar in-National Curriculum Framework fi skola oħra.

Appuntamenti

Meta xi ħadd minnkom ikun jixtieq ikellem lili jew xi għalliem ieħor, jekk jogħġobkom ċemplu l-iskola fuq 21553548 biex tagħmlu appuntament.  Jiena nwiegħdkom il-koperazzjoni kollha tiegħi basta għall-ġid tat-tfal.

Dame Marianne Zammit

A/Kap tal-Iskola

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment