Ċirkulari

Coffee Morning

Nhar it-Tnejn li ġej 29 ta’ April ser ikollna Coffee Morning fis-sala tal-iskola. Dan jibda fid-8.45am. Inħeġġukom biex tattendu għaliex matul dan il-Coffee Morning it-tfal tal-iskola ser jieħdu sehem f’attivitajiet fuq il-palk.

Tfal morda

Importanti li terġgħu tagħtu ż-żewġ numri tat-telefon fejn nistgħu nsibukom f’każ ta’ emerġenza lill-‘class teacher’.

Ġieli sibna diffikulta biex nikkuntattjawkom meta wliedkom jiġu l-iskola u ma jkunux jifilħu. Għalhekk huwa importanti ferm li n-numri li tagħtuna jirrispondihom xi ħadd waqt il-ħin tal-iskola.

Laqgħa dwar l-eżami tal-benchmark.

Nhar il-Ħamis 2 ta’ Mejju fis-6.00pm ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal tas-sitt sena fl-iskola sekondarja tas-Subien ir-Rabat u din tiġi mmexxija mill-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo. Inħeġġukom biex tattendu.

Ġbir ta’ karti u plastik

Il-Kompetizzjoni organizzata mill-Green MT għadha għaddejja u tispiċċa nhar it-Tlieta 30 ta’ April. Din il-ġimgħa l-iskola tagħna ġabret madwar 2000 kilo. Prosit u grazzi lil kull min għinna. Inħeġġiġkom biex tagħtu l-aħħar kontribut tagħkom billi tiġbrulna kemm jista’ jkun karti, kotba, gazzetti, kartun u plastik u ġġibuhom l-iskola mhux iktar tard minn nhar it-Tlieta fil-11.00am.

Grazzi

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a comment